Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8846
Title: Bejn l-arti poetika u l-arti viziva : il-kuncett ta' intermidja kif imwettaq minn Maurice Mifsud Bonnici
Authors: Vella, Doriana
Keywords: Mifsud Bonnici, Maurice, 1926- -- Criticism and interpretation
Creation (Literary, artistic, etc.)
Visual poetry
Issue Date: 2013
Abstract: Din it-teżi se tistħarreġ l-ispazju intermidjali, u sikwit trasparenti, li jeżisti bejn żewġ forom ta’ espressjoni artistika diġà stabbiliti fit-tradizzjonijiet rispettivi tagħhom: il-poeżija u t-taħżiża. Madanakollu, permezz tal-parteċipazzjoni u tal-kontribuzzjoni reċiproki tagħhom joħolqu ġeneru artistiku ieħor: dak tal-poeżija viżwali. It-tiftix bikri ta’ dan l-istudju rrikjeda l-għarfien sħiħ ta’ termini bażiċi li jifforma dan l-istess ġeneru letterarju: x’inhi essenzjalment l-interdixxiplinarjetà (l-istudju ta’ dixxiplini differenti), x’inhi l-intermidja? U fuq kollox, x’inhuma l-funzjonijiet ta’ dawn il-prattiki? L-interdixxiplinarjetà hija spjegata sew fil-ktieb Interdisciplinarity ta’ Joe Moran, filwaqt li l-intermidja huwa kunċett stabbilit minn Dick Higgins u b’hekk kien fundamentali l-qari tal-artiklu tiegħu “Intermedia” fil-gazzetta The Something Else. Barra dan, test essenzjali ieħor għar-riċerka ta’ dan l-istudju kien, Intermedia: Enacting The Liminal: ġabra ta’ esejs miktuba minn esperti varji fis-suġġett, li jikkwalifikaw l-intermidja u li jargumentaw dwar kif jitwettaq dan il-kunċett fil-prattika. L-osservazzjonijiet fundamentali ta’ Reggie Amos dwar l-intermidja għandhom iservu ta’ introduzzjoni xierqa għal dan is-suġġett. Amos huwa tal-fehma li l-intermidja tikkonsisti minn ħames aspetti ewlenin: 1. Id-Dekompartamentalizzazzjoni (Decompartmentalisation) 2. L-Intersezzjoni 3. Il-Konverġenza 4. L-Esperimentazzjoni 5. Il-Globaliżmu. Dawn il-ħames kategoriji intermidjali kollha jibnu fuq xulxin. Amos jargumenta li ddekompartamentalizzazzjoni hija t-twaqqigħ tad-diviżjonijiet riġidi eżistenti bejn il-fergħat ta’ midji differenti (Amos 65). Hu jelabora li, billi l-artist ikun iffukat fuq kif se jipproduċi forma artistika b’korrelazzjonijiet u konverġenzi bejn midji varji, l-intermidja, fl-aħħar mill-aħħar, iġġiegħel il-mezzi artistiċi differenti jispikkaw. Forom kreattivi bħall-pittura, bħall-iskultura, bħall-vidjow, bħall-arti diġitali, u bħat-tpinġija kollha għandhom il-potenzjal li jittrasformaw ruħhom f’mezzi artistiċi aktar ippronunzjati permezz tal-interazzjoni bejniethom fl-Intermidja, li effettivament hija konverġenza tad-diverġenzi artistiċi. Id-dekompartamentalizzazzjoni, għalhekk, isservi bħala bażi għall-intersezzjoni bejn dawk il-forom artistiċi li fil-proċess jibqgħu jingħarfu wkoll bħala artistikament distinti minn xulxin.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8846
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL029.pdf
  Restricted Access
8.76 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.