Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8848
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-03-10T15:00:01Z
dc.date.available2016-03-10T15:00:01Z
dc.date.issued2013
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8848
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-lingwa Maltija, bħal kull ħaġa ħajja, kontinwament tinbidel. Dan it-tibdil ikun meħtieġ minn żmien għal żmien biex ikunu akkomodati sitwazzjonijiet ġodda li jseħħu u jinħolqu minħabba żviluppi u avvanzi li jsiru kontinwament fil-ħajja soċjali u kulturali tal-bniedem kuljum. Meta tinħass din il-ħtieġa għat-tibdil, il-poplu b’mod naturali joħloq kliem, espressjonijiet u anke frażijiet ġodda li jkollu bżonn sabiex jesprimi ruħu skont il-ħtiġijiet ta’ dak il-perjodu. Għal kull kelma ġdida li tinħoloq ikun hemm ukoll kliem ieħor li bil-mod ilmod jibda jonqos l-użu tiegħu sakemm fl-aħħar sfortunatament jispiċċa jintilef għalkollox. L-istess jiġri fil-każ ta’ frażijiet lingwistiċi bħal qwiel, idjomi u kollokazzjonijiet. Dawn il-konvenzjonijiet jistgħu jagħmlu perjodu fejn ikunu popolari u jibdew jintużaw ta’ spiss fil-lingwa, imbagħad wara xi żmien jitilfu l-prestiġju tagħhom u ma jibqgħux jissemmew aktar. Dan jiġri primarjament għax ikunu nbidlu s-sitwazzjonijiet li qed jgħixu fihom il-kelliema nattivi. Madanakollu, ikun hemm qwiel, idjomi u kollokazzjonijiet oħrajn li jaqdu sew l-ilsien skont iċ-ċirkostanzi tal-kelliema u jibqgħu hemm għal żmien twil, sakemm għal darb’oħra jiġu minsija jew minħabba li ma jibqgħux jaqdu l-funzjoni tagħhom jew minħabba li jiġu sostitwiti minn espressjonijiet oħra iktar moderni (Václavíková 1). L-idjomi jintużaw ta’ spiss fit-taħdit ta’ kuljum. Sa minn ċkunithom, it-tfal jibdew jisimgħu dawn l-espressjonijiet idjomatiċi u jassimilaw l-użu tagħhom ma’ ċirkustanzi u sitwazzjonijiet partikolari fejn suppost jintużaw. Hemm firxa sħiħa ta’ idjomi li jvarjaw minn dawk sempliċi u ħfief, għal oħrajn aktar diffiċli u kumplessi biex tifhimhom. Nistgħu faċilment ngħidu li dawk l-idjomi meqjusa ħfief ikunu aktar faċli li jiġu mifhuma malajr, anke minn tfal ta’ età żgħira. Iżda mbagħad l-oħrajn li mhumiex daqshekk ħfief, ċari u trasparenti fit-tifsira tagħhom ikollhom bżonn spjegazzjoni aktar dettaljata magħhom biex it-tfal ikunu jistgħu jifhmu l-kunċett ta’ kif jintużaw.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Idiomsen_GB
dc.subjectColloquial languageen_GB
dc.subjectProverbs, Malteseen_GB
dc.titleIdjomi ghaz-zghar : rizorsi ghat-taghlim tal-idjomi fil-primarjaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorVella, Claire Marie
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL028.pdf
  Restricted Access
14.7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.