Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8901
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-03-11T14:33:30Z
dc.date.available2016-03-11T14:33:30Z
dc.date.issued2013
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8901
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractCuschieri kien bniedem kumpless, u ma kienx sempliċiment poeta imma wara dan it-titlu hemm patri u filosfu. F’din it-teżi qiegħda tingħata ħarsa lejn din il-kumplessità, u l-aktar bis-saħħa tal-poeżiji tiegħu bil-Malti u bit-Taljan, fejn jiddominaw it-temi u l-figuri reliġjużi, l-ilsien Malti u magħhom hemm imwaħħdin aspetti oħra bijografiċi, ambjentali jew filosofiċi. Cuschieri jagħmel użu minn kliem u ħsibijiet sempliċi fil-poeżiji, ma jfittixx li jkun diffiċli, anzi jrid juri lil kulħadd li l-lingwa Maltija mhux diffiċli biex titħaddem b’mod letterarju. Il-poeżiji bit-Taljan huma ftit iktar kumplessi. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-ammont ta’ poeżiji li kiteb Cuschieri mill-ġabriet ta’ poeżiji jinduna li bit-Taljan inkitbu ħafna anqas. Fl-aħħar ġabra, dik ta’ Camilleri u Cortis, huma biss tmintax-il poeżija, waqt li bil-Malti hemm mal-mitt poeżija. Madanakollu m’hemm xejn fiċ-ċert għaliex jista’ jkun hemm għadd ta’ poeżiji oħra li għadhom ma nstabux għaliex Cuschieri qatt ma żamm il-poeżiji tiegħu miġburin x’imkien. Barra minn hekk Cuschieri rari kien jiffirma poeżija b’ismu meta jippublika f’xi rivista. Hu kien jagħmel użu minn diversi noms-de-plume fosthom P.A.C., A.C u oħrajn. Huwa diffiċli li xi darba nikkonkludu l-ammont eżatt ta’ poeżiji li dan il-poeta kiteb. Cuschieri kien juża l-poeżija biex ifaħħar dak li jħobb. Bħala patri kien iħobb ir-reliġjon tiegħu u allura kien ifaħħar lil Alla u lill-qaddisin. Bħala patri Karmelitan kien ifaħħar lil Marija li kienet l-ispirazzjoni tiegħu u dan jixdhu l-ammont kbir ta’ poeżiji li għandu dedikati lilha, tant li għadu magħruf sal-lum bħala “l-Poeta tal-Madonna”. Hu ried ixerred id-devozzjoni li kellu hu mal-Maltin permezz tal-poeżiji tiegħu. Fil-ktieb Poeti Maltesi d’Oggi, Oreste Tencajoli jikteb li “le sue poesie sono prevalentemente religiose; egli canta son espansiva gioia le glorie del suo Ordine, risalendo talvolta il corso dei secoli.” (Tencajoli, 112). Hu jinqeda bil-poeżiji biex ifaħħar kemm lil Alla, lill-Madonna jew lill-qaddisin u saħansitra lill-ilsien Malti. Bħala filosfu ġieli jinkludi xi ħsibijiet filosofiċi, imma skont Degabriele l-filosofija fil-poeżiji jista’ jkun “il-għan sekondarju tiegħu” (Degabriele, xliii). Kif qal Friggieri wkoll f’diskors biex ifakkar għeluq il-ħamsa u għoxrin sena mill-mewt ta’ dan il-poeta, hu fil-poeżiji tiegħu ma jfittixx elaborazzjoni jew toqol tal- ħsieb filosofiku imma jittraduċi dan il-ħsieb bl-iktar mod sempliċi mit-toqol spiritwali u intellettwali. Cuschieri kien kapaċi jikteb poeżiji li bihom “rebaħ l-immaġinazzjoni ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ tfal” (Friggieri, 101). Poeżiji ħfief b’mekkaniżmi bħal rima u alliterazzjoni li jagħmluhom faċli biex tiftakarhom. Sfortunatament dan il-ġeneru ta’ poeżija bil-Malti m’għadux daqshekk poplari għalkemm il-poeżiji ta’ Cuschieri għadhom jidwu fost adulti li jiftakruhom mill-bankijiet tal-iskola u xi kultant jgħadduhom lil ġenerazzjonijiet iżgħar. Vassallo jisħaq fuq il-ħila kbira li kellu dan ilpoeta “biex jikteb kemm għal min hu misjur fil-għerf u kemm għal min hu tari fis-snin”. (Vassallo, 190).en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectCuschieri, Anastasio, 1876-1962 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectReligion in literatureen_GB
dc.subjectPatriotism in literatureen_GB
dc.subjectMaltese poetryen_GB
dc.titleIl-poeziji ta' patri Anastasju Cuschieri bil-Malti u bit-Taljanen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFarrugia, John George
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.07 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.