Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8921
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-03-14T11:19:35Z
dc.date.available2016-03-14T11:19:35Z
dc.date.issued2013
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8921
dc.descriptionM.A.MALTESEen_GB
dc.description.abstractKarmenu Vassallo ħalla l-faxxinu tiegħu fil-qasam tal-letteratura Maltija permezz tax-xogħlijiet poetiċi mimlija bis-sentiment tal-korla. Din it-teżi tistħarreġ din l-emozzjoni fil-figurazzjonijiet, fir-reġistru u fir-rettorika tal-poeżija. Il-korla li tinsab f’qalbu seħħet primarjament minħabba l-ħajja li kellu. Għalhekk il-poeżiji analizzati fil-kapitli li jsegwu nkitbu biex juru l-istess tema ewlenija, jiġifieri poeta li permezz tal-poeżija jesprimi l-ħsibijiet tiegħu li jgħixhom kuljum. Se jippreżentaw stampa sħiħa tal-korla fil-kitbiet tiegħu, b’tali mod li jtellgħu fil-wiċċ il-potenzjal tal-poeta Romantiku. Il-kotba ta’ versi mistħarrġa huma Nirien, Kwiekeb ta’ Qalbi, Ħamiem u Sriep u Tnemnim. Matul iż-żminijiet kien hemm għadd ta’ studjużi li kitbu dwar dan il-poeta li analizzawh minn diversi aspetti kemm bħala individwu u kemm mill-poeżiji tiegħu. Minkejja dan, dawn qatt ma jaslu biex jippreżentaw stampa ħolistika tal-firxa u tad-dinamika emozzjonali fil-kitbiet tiegħu, b’tali mod li jtellgħu fil-wiċċ il-potenzjal fl-użu tal-korla. Għalhekk permezz ta’ din it-teżi r-rabja tingħata l-akbar importanza u titqabbel ma’ ta’ poeti oħrajn, bħal Leopardi u Byron. Minbarra hekk tiġi analizzata bl-għajnuna ta’ kritiċi barranin u Maltin. Għalhekk dawn l-istudji kienu utli biex il-metafori, il-lessiku, ir-rettorika, u teknikalitajiet oħrajn li jħaddem Karmenu Vassallo jingħażlu u tiġi studjata l-implikazzjoni tagħhom, l-aktar fid-dawl ta’ kotba ta’ versi u poeżiji li nstabu mxerrdin f’xi gazzetti popolari. Ewlenija fost dawn ix-xogħlijiet hija l-korla u għalhekk se tiġi analizzata bl-għajnuna ta’ teoristi barranin. It-tifsira tal-korla titfisser b’mod espliċitu permezz tal-argumenti li ħolqu poeti u kittieba barranin. L-iżvilupp ta’ dawn l-ideat huwa analizzat bħala komponent wieħed tal-emozzjonijiet li bniedem iħoss. Is-sentiment ta’ korla tant huwa kumpless li t-teoristi sabu aktar minn definizzjoni waħda għalih. L-ewwel kapitlu jiffoka fuq għadd ta’ aspetti ta’ din l-emozzjoni u t-tipi differenti li jikkategorizzawha. Il-korla tiddependi ħafna minn kif u minn min iġarrabha. F’dan ir-rigward tinftiehem aħjar l-importanza li ngħatat din l-emozzjoni mill-kritika letterarja tul is-snin. L-istudju dwar il-korla jiġbor fih bosta aspetti li jaffettwaw l-istrateġija tal-kitba tal-poeżija. Għalhekk, dawk it-teoristi li ttrattaw aspetti differenti ta’ dan is-sentiment ġew applikati f’din ir-riċerka, f’rabta mal-poeżiji li se jiġu analizzati. It-tieni kapitlu jkompli fuq il-passi tal-ewwel wieħed u t-teoriji analizzati jiġu applikati fil-poeżiji. Ġew applikati għadd ta’ toeriji dwar id-differenza li tinsab fir-rabja, u f’rabta ma’ dan tinħoloq id-distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ rabja bħal dik vendikattiva, pożittiva, negattiva u l-bqija. Minbarra teoristi differenti, dan l-istħarriġ jinvolvi wkoll għadd ta’ poeti barranin bħal Wordsworth, Byron, Blake li f’xogħlijiethom ġew ikkonsultati għat-termini u l-metodi li jużaw. Dawn id-differenzi fl-ideat dwar ir-rabja joħolqu vuċijiet varji li bihom il-kritiċi u l-poeti jargumentaw u jiddiskutu din l-emozzjoni.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectVassallo, Karmenu, 1913-1987 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectAnger -- Poetryen_GB
dc.subjectEmotions in literatureen_GB
dc.titleFigurazzjonijiet, registru u rettorika ta' korla fil-poezija ta' Karmenu Vassalloen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGrima, Samantha (2013)
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13MAMAL003.pdf
  Restricted Access
1.89 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.