Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91130
Title: | Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa għal tfal ta' bejn it-8 u l-10 snin |
Authors: | Pace, Grazio (1983) |
Keywords: | Religious education of children Mass -- Celebration Children's mass Experience (Religion) in children Children -- Religious life |
Issue Date: | 1983 |
Citation: | Pace, G. (1983). Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa għal tfal ta' bejn it-8 u l-10 snin (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | "Hemm ir-riskju li l-Quddiesa ssir rutina għat-tfal meta dawn ma jkunu qed jifhmu xejn milli jkun qed isir, jew meta din iċ-ċelebrazzjoni ma tkunx tappella għalihom. Min-naħa l-oħra, meta l-Quddiesa tkun spjegata tajjeb - mimlija kif inhi b' simboliżmu rikk, qawwi u effettiv - it-tfal jieħdu sehem fiha bil-ferħ, b' sodisfazzjon ġenwin, u dan juruh waqt it-talb tagħhom b' vuċi ħajja, bil-kant, u bl-imġieba sewwa u dinjituza tagħhom." Alla jħobbna. Ahna ħolqien tiegħu. Huwa jaf x'insarrfu u kif aħna magħġunin. Għalhekk meta Huwa beda jirrivelalna lilu nnifsu, Alla kien fidil lejna l-bnedmin, u ttratta magħna b'mod li aħna stajna nifhmu dak li Hu ried iwasslilna. Kellimna bil-lingwaġġ tagħna. Inqeda bi ġrajjiet u fatti storici biex iġagħlna nirriflettu fuqhom, u b'hekk stajna naslu biex naraw x'irid minna. Fir- Rivelazzjoni Alla wera lilu nnifsu permezz ta' fatti, u permezz tal-kliem li jfissru dawn il-fatti jew ġrajja. Il-Bibbja tgħallimna kif Alla niżel għal-livell tagħna l-bnedmin biex iwasslilna messaġġi u tagħlim mill-aktar għoljin. Il-qofol tar- Rivelazzjoni hija l-inkarnazzjoni ta' l-Iben ta' Alla, Sidna Gesu' Kristu. Alla tant irrispetta lill-bniedem mill-mod kif ikkomunika miegħu, li hu sar bniedem bħalna f' kollox, 'barra mid-dnub'. |
Description: | B.A.RELIGIOUS STUD. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91130 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacThe - 1968-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.RELIGIOUS.STUD_Pace_Grazio_1983.pdf Restricted Access | 2.78 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.