Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92432
Title: Gżejjer : letteratura mill-periferiji
Authors: Grima, Adrian
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Islands in literature
English literature -- 20th century -- Translations into Maltese
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 2001
Publisher: Inizjamed
Citation: Grima, A. (Ed.) (2001). Gżejjer: letteratura mill-periferiji. Msida: Inizjamed.
Abstract: Daħla: McDonald's u sħabu jridu jiddettawlna kif ngħixu, kif naħsbu, min aħna u min jaqblilna nsiru. U l-McDonald's li jmexxuna jridu jgħidulna. dak li jidhrilhom, jew jaqblilhom li jfisser li tkun Malti jew Maltija. Imma aħna smajna biżżejjed. Il-proġett « gżejjer » mhuwiex biss ktieb, iżda jeżisti fuq kollox bil-għan li jfittex l-affarijiet li nħbew apposta matul is-snin - l-għeruq tagħna. Ngħiduha kif inhi, il-ħtiġijiet li l-globalizzazzjoni ħolqot għal Malta (li kważi nsiet li hi mxarrba bil-baħar minn kullimkien), qed jeqirdu lill-gżira tagħna stess. L-isfruttar ta' l-ambjent, in-numru esaġerat ta' karozzi, il-pixxina ftit metri 'l bogħod mill-baħar, il-korsa tal-golf, huma parti minn ċiklu li jistordik u jgħinek tbigħ lil din l-art ħelwa. U magħha l-għeruq. U l-ftit li jifdal jaqblilna nbigħuh bħala rikordju. Iżda 'l bogħod mis-sarkażmu, grupp ta' kittieba qed jaħdmu flimkien fuq proċess dinamiku li, fl-aħħar mill-aħħar, jistħarreġ dawn il-mistoqsijiet u oħrajn relatati magħhom, biex fuq dan il-pedament jinbena lingwaġġ kulturali ħieles. Il-proġett« gżejjer», għalhekk, għandu bżonn iqajjem kuntrasti bejn il-globalizzazzjoni u l-wirt lokali, bejn in-nord u s-sud bħala metafora ta' l-isfruttament wiċċ imb'wiċċ ma' l-isfruttati. F'dan l-ispirtu, artisti minn « gżejjer » oħra bħal Sardinja, il-Kalabrija, Sqallija, l-Ebridi u oħrajn, qed jasserixxu r-rilevanza ta' dik li hemm min jaqbillu jsejħilha « l-periferija ».
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92432
ISBN: 9993262005
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Gzejjer_letteratura_mill_periferiji_2001.pdf
  Restricted Access
1.73 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.