Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93739
Title: | The role of silence in spoken Maltese : durational and distributional characteristics of breaks and pauses |
Other Titles: | Perspectives on Maltese linguistics |
Authors: | Vella, Alexandra Spagnol, Michael Grech, Sarah Chetcuti, Flavia |
Keywords: | Silence in literature Language and languages -- Study and teaching -- Malta Maltese language -- Lexicology Maltese language -- Morphology |
Issue Date: | 2013 |
Publisher: | Akademie Verlag |
Citation: | Vella, A., Spagnol, M., Grech, S., & Chetcuti, F. (2013). The role of silence in spoken Maltese: durational and distributional characteristics of breaks and pauses. In A. Borg, S. Caruana & A. Vella (Eds.), Perspectives on Maltese Linguistics, (pp. 89-113). Berlin: Akademie Verlag. |
Abstract: | Is-silenzju huwa karatteristika ewlenija tat-taħdit spontanju. Dan jista’ jkun fenomenu fiżiku biss, iżda jista’ wkoll jaqdi funzjonijiet oħra. Fost l-oħrajn, hemm funzjonijiet komunikattivi bħalma huma l-użu li jista’ jagħmel kelliem mis-silenzju biex jaċċessa informazzjoni lessikali jew ta’ tip ieħor, biex isolvi problemi li jiltaqa’ magħhom waqt li jkun qed jitkellem, jew biex jippjana t-taħdit. Is-silenzju jista’ wkoll jagħti lis-semmiegħ iċ-ċans jinterpreta l-messaġġ jew jinterrompi lill-kelliem biex iżid xi kummenti jew jistaqsi xi ħaġa. Il-perjodi ta’ skiet fit-taħdit ġeneralment ikunu ta’ żewġ tipi, waqfiet mimlijin u waqfiet vojta: dan l-istudju jiffoka fuq it-tieni tip. Tingħata evidenza empirika għal deċiżjoni prestabbilita li ttieħdet meta kienet qed tiġi annotata d-data tat-taħdit spontanju bil-Malti, jiġifieri li ssir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ silenzju, imsejħin waqfiet (“breaks”) u pawżiet (“pauses”) rispettivament. L-ewwel tip jikkorrispondi għal intervalli iqsar ta’ skiet fis-sentenza waqt li t-tieni tip jikkorrispondi għal intervalli itwal ta’ skiet bejn sentenza u oħra. Ir-riżultati tal-analiżi tal-karatteristiċi ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ silenzju, mil-lat tat-tul ta’ ħin tal-intervall u tad-distribuzzjoni tagħhom, turi li hemm distinzjoni bejn iż-żewġ tipi. Jidher ukoll li l-perjodi ta’ silenzju mmarkati bħala “waqfiet” jintużaw iktar f’kuntesti fejn l-istess kelliem ikun għadu qed jitkellem, filwaqt li dawk immarkati bħala “pawżiet” jintużaw iktar f’kuntesti fejn ikun hemm bidla fil-kelliema jew inkella qrib ċertu elementi lingwistiċi speċifiċi bħall-elementi lessikali fil-mira (‘target items’) u l-‘backchannels’. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93739 |
ISBN: | 9783050062754 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
The_role_of_silence_in_spoken_Maltese.pdf Restricted Access | 783.4 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.