Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95040
Title: Tfittxija għall-identita` lokali fl-Imqabba
Other Titles: Sicut Lilium : devozzjoni u ritwal tul is-sekli
Authors: Buttigieg, Noel
Keywords: Mqabba (Malta) -- History -- 20th century
Mqabba (Malta) -- Social life and customs
Lily, Our Lady of the -- Devotion -- Malta -- Mqabba
Issue Date: 2012
Publisher: Soċjeta` Mużikali Madonna tal-Ġilju
Citation: Buttigieg, N. (2012). Tfittxija ghall-Identita` Lokali fl-Imqabba. In C. Farrugia, (Ed.), Sicut Lilium: devozzjoni u ritwal tul is-sekli (pp. 237-259). Mqabba: Socjeta Muzikali Madonna tal-Gilju.
Abstract: Ir-raħal tal-Imqabba, imsejjaħ Terra Micabiba fid-dokumenti ta' żmien l-Ordni ta' San Ġwann, jara l-bidu tiegħu f'sura ta' raħal awtonomu b'mod uffiċjali lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Qabel mal-Imqabba ssir parroċċa indipendenti, l-irħula ta' Ħal Farruġ, il-Gudja, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Safi, Ħal Tarxien u l-Imqabba kienu lkoll immexxija mill-parroċċa ta' Bir Miftuħ. Hekk kif Terra Micabiba tinfatam minn ma' Bir Mifuħ, jibda jitkattar sens aktar qawwi ta' assoċjazzjoni mar-raħal u miegħu jikbru dawk l-elementi li jesprimu identita lokali. L-istess beda jiġri fl-irħula tal-madwar tant li jibdew jissawru bosta ritwali u simboli li jgħinu sabiex jiddefinixxu r-rabta ta' bejn il-membri tal-komunita filwaqt li jenfasizzaw differenzi bejn raħal u ieħor. Dan l-istudju huwa bbażat fuq dan il-ħsieb. Jitratta kif fost komunita jsiru żviluppi li jwasslu sabiex jibdew jitfasslu dawk il-karatteristiċi li jsawru identita lokali. Bosta huma l-istudjużi li ppruvaw jiddefinixxu l-kunċett ta' identita lokali. Din tiddependi ħafna minn elementi suġġettivi li jistgħu jvarjaw minn persuna għall-oħra u minn żmien għall-ieħor. Barra minn hekk, jista' jagħti l-każ li dak li jifformula identita ta' komunita jista' jkun prodott ta' perċezzjoni popolari ta' nies barra mill-komunita nnifisha. Identita lokali tirrappreżenta xi ħaga ħajja, kontinwament tiranġa u tinnegozja sabiex tilħaq l-aspettattivi ta' bosta gruppi. Fuq il-livell tal-kollettiv, distinzjonijiet jiġu kkrejati, mġedda u mibdula.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95040
ISBN: 9789995701659
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMATou

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Tfittxija_għall_identita_lokali_fl_Imqabba.PDF
  Restricted Access
4.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.