Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96502
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-05-26T14:51:00Z-
dc.date.available2022-05-26T14:51:00Z-
dc.date.issued1993-
dc.identifier.citationAttard, C. (1993). Katekeżi għall-adolexxenti dwar il-qrar (Bachelor’s dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96502-
dc.descriptionB.A.RELIGIOUS STUD.en_GB
dc.description.abstractKemm spiss imorru jqerru l-adolexxenti? U meta jmorru jqerru jafu x’għandhom iqerru, jew dejjem jirrepetu l-istess kantaliena? Dawn il-mistoqsijiet u oħrajn bħalhom jgħaddu mill-imħuħ ta’ dawk li jieqfu jirriflettu dwar il-qagħda tal-qrar madwar id-dinja kollha, b’referenza partikolari lejn pajjiżna. Għandna għax nipprejokkupaw ruħna dwar l-imġiba taż-żgħażagħ lejn ir-reliġjon? Mill-esperjenza tiegħi bħala għalliem ta’ l-adolexxenti, ninnota li fost ċerti żgħażagħ nibtet ċerta bruda għal dak li huwa ħwejjeġ spiritwali. Forsi l-ġenituri sar jidhrilhom li ruħ uliedhom mhix aktar kompitu tagħhom imma xogħol is-saċerdot jew il-katekist? Jekk iva, għandhom żball. Forsi ż-żgħażagħ għandhom moħħhom mifrux aktar fuq affarijiet materjali tant li m’għandhomx ħin jirriflettu dwar dan kollu li hawn madwarhom u minn fejn ġie? Jista’ jkun li sirna nieħdu l-ħajja tant ‘for granted’ u li m’għadx fadal lok għall-adolexxent li jieqaf u jħabbel rasu għax kollox qiegħed isib lest. Huwa x’inhuwa l-każ, jibqa’ l-fatt li l-bniedem, wisq iktar l-adolexxent, mhux gżira li qiegħda waħedha f’nofs oċean. Jiġifieri kull individu jeħtieġlu jikkommunika u jiftaħ qalbu. Biex ma jingħalaqx ġewwa fih irid xi ħadd ma’ min jiftaħ qalbu, bħalma hu l-konfessur. F’dan l-‘essay’ sejjer nitratta l-Qrar, u kif għandna nippreżentawh lill-adoloxxent. Il-materjal kollu li ksibt biex wasalt għal dan is-suġġett u l-konklużjonijiet tiegħi, ħadtu minn tliet għejun ewlenin: (i) Il-kotba li lista tagħhom tinsab fil-Biblijografija fl-aħħar paġna. (ii) ‘Essay’ li għamilt f’Settembru 1990 u li ppreżentajt lill-Fakultà tat-Teoloġija, Università ta’ Malta bħala parti mix-xogħol meħtieġ għal Diploma fl-Istudji Reliġjużi. Dan l-‘essay’ kien ukoll jinkludi stħarriġ li jiena għamilt fost iż-żgħażagħ sabiex nistabbilixxi idea ġenerali tan-nozzjoni tad-dnub fost l-adoloxxenti. (iii) L-esperjenza li ksibt fil-ħidma tiegħi bħala għalliem fost l-adoloxxenti. Nittama li dan l-‘Essay’ ikun ta’ siwi għal kull min jaqrah biex, fuq kollox, ikun l-adoloxxent li jibbenefika l-iżjed.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectCatechetics -- Catholic Churchen_GB
dc.subjectCatechetics -- Maltaen_GB
dc.subjectChristian education of teenagers -- Maltaen_GB
dc.subjectConfession -- Catholic Churchen_GB
dc.titleKatekeżi għall-adolexxenti dwar il-qraren_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Theologyen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAttard, Charles (1993)-
Appears in Collections:Dissertations - FacThe - 1968-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.RELIGIOUS.STUD._Attard_Charles_1993.pdf
  Restricted Access
1.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.