Impenji Strateġiċi

Impenji Strateġiċi

 

Sommarju tal-Impenji Strateġiċi 2020-2025

 

 I. It-Tagħlim u l-Istruzzjoni

  • Intejbu s-sapport akkademiku u pastorali għall-istudenti 
  • Noħolqu mudelli dinamiċi li jipprovdu t-tagħlim b’mod sħiħ  
  • Niżviluppaw lambjenti fiżiċi li jwasslu għat-tagħlim
  • Nespandu t-tagħlim elettroniku ta’ livell għoli 
  • Nipparteċipaw f’tagħlim imfassal fuq ix-xogħol li jżid il-valur tal-esperjenza tat-tagħlim
  • Inżommu r-relevanza tal-programmi ta’ struzzjoni
  • Infasslu assessjar kontinwu
  • Inżidu l-programmi tad-dottorat
  • Inwasslu programmi ta’ żvilupp professjonali kontinwu

 II. Ir-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien

  • Nippromwovu r-riċerka ta’ klassi dinjija b’sinifikat lokali, reġjonali u globali
  • Inwettqu r-riċerka u t-trasferiment tal-għarfien li jsostnu l-post tagħna fil-klassifiki
  • Nassiguraw fondi sostenibbli għar-Riċerka u l-Iżvilupp (RŻ)
  • Inwessgħu r-riċerka korporattiva u t-trasferiment tal-għarfien
  • Intejbu l-komunikazzjoni u t-tqassim tar-riżultati tar-riċerka
  • Inwettqu riċerka responsabbli li tiżgura l-integrità u l-etika
  • Infasslu strateġija għar-riżorsi umani li tivvalorizza u tgħin lir-riċerkaturi
  • Napplikaw il-kunċett ta’ gruppi biex inħeġġu riċerka ffinanzjata kif jixraq u sostenibbli

 III. Il-Fatturi Soċjali u l-Impatt Tagħhom

  • Nassistu lill-istudenti u lill-membri tal-istaff b’diżabilità
  • Ngħinu lill-istudenti li mhumiex rappreżentati u lill-istudenti l-ġodda
  • Navvanzaw id-drittijiet tal-ġeneru u tal-persuni LGBTIQ u nimpenjaw ruħna favur tagħhom
  • Niżguraw l-inklużjoni ta’ studenti u membri tal-istaff ta’ kulturi varji
  • Inżidu l-promozzjoni tas-saħħa u s-servizzi tal-benesseri
  • Ninvolvu l-komunità tal-kampus
  • Nippromwovu l-kuntatt mal-pubbliku

 IV. L-Impatt fuq l-Intrapriża u l-Industrija

  • Ninvolvu l-industrija fl-iżvilupp tal-kurrikulu
  • Nintegraw l-għarfien tal-industrija fl-esperjenza tat-tagħlim
  • Intejbu t-tagħlim permezz ta’ proġetti mal-intrapriżi
  • Nippromwovu l-ħiliet interpersonali u kollaborattivi
  • Inħejju lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol u biex jaħdmu għal rashom
  • Inwessgħu l-edukazzjoni eżekuttiva
  • Nipprovdu l-għarfien espert lill-industrija
  • Norganizzaw konferenzi akkademiċi għall-intrapriża u l-industrija

 V. L-Impatt Nazzjonali

  • Nippromwovu l-istudji u r-riċerka li jiffukaw fuq il-wirt kulturali fiżiku u intanġibbli
  • Inrawmu fl-istudenti kuxjenza u apprezzament għall-karatteristiċi li jagħmluna Maltin
  • Inħarsu l-ilsien Malti u nibżgħu għalih filwaqt li nibqgħu ngħożżu l-lingwa Ingliża
  • Inħejju kapital uman lokali, biżżejjed u xieraq, mogħni bil-kreattività u l-kultura, u li lest jaqdi l-industrija u s-suq tax-xogħol li qiegħed jevolvi
  • Inwasslu edukazzjoni ta’ kwalità għolja li kapaċi tibdel lill-istudenti f’ċittadini mill-aktar kompetenti u effettivi 
  • Nippriservaw il-post tal-Università bħala l-istituzzjoni edukattiva ogħla ewlenija tal-gżira u bħala ċentru akkademiku uniku fil-Mediterran
  • Inżommu u ntejbu l-pożizzjoni tal-Università fost l-aqwa 4% tal-universitajiet tal-ogħla livell fid-dinja

 VI. Il-Viżjoni Internazzjonali

  • Insaħħu u nżidu r-relazzjonijiet internazzjonali tal-istudenti f’Malta li bħalissa għaddejja minn żmien ta’ żieda fil-kożmopolitaniżmu
  • Insaħħu u nżidu l-internazzjonalizzazzjoni tal-istaff
  • Inħarsu u nxerrdu l-fama tajba li għandha l-Università
  • Nattiraw studenti postgradwatorji internazzjonali 
  • Inwessgħu l-involviment reċiproku u rikk tal-Università mar-reġjun u mad-dinja

 VII. Is-Sostenibbiltà

  • Niżviluppaw art u binjiet sostenibbli
  • Innaqqsu, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw l-iskart
  • Nestendu l-miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija
  • Nibżgħu għall-ilma u nnaqqsu l-konsum
  • Inħeġġu miżuri ta’ trasport sostenibbli
  • Inwasslu t-taħriġ u r-riċerka dwar is-sostenibbiltà
  • Nippromwovu l-prassi favur ħajja sana

 VIII. Is-Servizzi u s-Sapport Amministrattiv

  • Noħolqu ekosistema ta’ infrastruttura u sapport
  • Nimmaniġġjaw u niżviluppaw proċessi bl-istudenti fil-mira tagħhom
  • Inwessgħu l-infrastruttura għall-benesseri tal-istudent
  • Intejbu r-riżorsi fil-librerija
  • Niksbu l-eċċellenza fis-servizzi bbażati fuq it-teknoloġija
  • Ninvestu fin-nies u nsaħħu l-forza tax-xogħol
  • Niżviluppaw komunikazzjoni interna u esterna
  • Inwasslu infrastruttura fiżika
  • Insaħħu l-qafas finanzjarju

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/sommarjutal-impenjistrategici/