Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7347
Title: Ġejjin bid-daqq! : it-tema tal-mużika fil-proġetti tal-Malti fl-ewwel erba' snin tal-iskola sekondarja
Authors: Grech, Deborah
Keywords: Maltese language -- Study and teaching
Music -- Instruction and study -- Malta
Education, Secondary -- Malta
Project method in teaching -- Malta
Issue Date: 2012
Abstract: F'din id-dissertazzjoni nargumenta favur aġġornament fit-tagħlim tal-kultura mużikali Maltija fil-kuntest tat-tagħlim tal-Ilsien Malti fl-ewwel erba' snin tal-iskola sekondarja. Ir-rabta bejn il-lingwa u l-kultura, u b'mod speċjali, il-post tal-kultura Maltija fit-tagħlim tal-Malti, huma meqjusa essenzjali fil-programm edukattiv komprensiv tal-istudenti. L-idea li nippreżenta f'din id-dissertazzjoni titlob reviżjoni ta' dak li s'issa kien magħruf bħala 'l-proġett tal-kultura'. Għal dan il-għan nipproponi pedagoġija aġġornata, u mod ġdid ta' kif jista' jsir dan it-tagħlim mal-ħiliet u l-oqsma tal-lingwa l-oħra. It-tema tal-kultura mużikali Maltija hi żviluppata fi skemi li għandhom jiggwidaw lill-għalliema fit-tħejjija tagħhom. Qed ikunu ppreżentati wkoll ġabra ta' lezzjonijiet u riżorsi għal magħhom b'tali mod li jservu ta' eżempju għal dak li jista' jsir fil-klassi. L-assessjar tal-metodu ssuġġerit hu diskuss ukoll. Fl-aħħar saret evalwazzjoni ta' għażla mil-lezzjonijiet fil-pakkett propost permezz ta' riflessjoni personali, kwestjonarji lill-istudenti, u intervisti lill-għalliema. B'mod ġenerali l-metodoloġija proposta għat-tagħlim tal-kultura fil-kuntest tat-tagħlim tal-Malti, kellha impatt pożittiv fuq l-għalliema u fuq l-istudenti li ħadu sehem f'din ir-riċerka.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7347
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BED081.pdf
  Restricted Access
10.65 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.