Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8848
Title: Idjomi ghaz-zghar : rizorsi ghat-taghlim tal-idjomi fil-primarja
Authors: Vella, Claire Marie
Keywords: Maltese language -- Idioms
Colloquial language
Proverbs, Maltese
Issue Date: 2013
Abstract: Il-lingwa Maltija, bħal kull ħaġa ħajja, kontinwament tinbidel. Dan it-tibdil ikun meħtieġ minn żmien għal żmien biex ikunu akkomodati sitwazzjonijiet ġodda li jseħħu u jinħolqu minħabba żviluppi u avvanzi li jsiru kontinwament fil-ħajja soċjali u kulturali tal-bniedem kuljum. Meta tinħass din il-ħtieġa għat-tibdil, il-poplu b’mod naturali joħloq kliem, espressjonijiet u anke frażijiet ġodda li jkollu bżonn sabiex jesprimi ruħu skont il-ħtiġijiet ta’ dak il-perjodu. Għal kull kelma ġdida li tinħoloq ikun hemm ukoll kliem ieħor li bil-mod ilmod jibda jonqos l-użu tiegħu sakemm fl-aħħar sfortunatament jispiċċa jintilef għalkollox. L-istess jiġri fil-każ ta’ frażijiet lingwistiċi bħal qwiel, idjomi u kollokazzjonijiet. Dawn il-konvenzjonijiet jistgħu jagħmlu perjodu fejn ikunu popolari u jibdew jintużaw ta’ spiss fil-lingwa, imbagħad wara xi żmien jitilfu l-prestiġju tagħhom u ma jibqgħux jissemmew aktar. Dan jiġri primarjament għax ikunu nbidlu s-sitwazzjonijiet li qed jgħixu fihom il-kelliema nattivi. Madanakollu, ikun hemm qwiel, idjomi u kollokazzjonijiet oħrajn li jaqdu sew l-ilsien skont iċ-ċirkostanzi tal-kelliema u jibqgħu hemm għal żmien twil, sakemm għal darb’oħra jiġu minsija jew minħabba li ma jibqgħux jaqdu l-funzjoni tagħhom jew minħabba li jiġu sostitwiti minn espressjonijiet oħra iktar moderni (Václavíková 1). L-idjomi jintużaw ta’ spiss fit-taħdit ta’ kuljum. Sa minn ċkunithom, it-tfal jibdew jisimgħu dawn l-espressjonijiet idjomatiċi u jassimilaw l-użu tagħhom ma’ ċirkustanzi u sitwazzjonijiet partikolari fejn suppost jintużaw. Hemm firxa sħiħa ta’ idjomi li jvarjaw minn dawk sempliċi u ħfief, għal oħrajn aktar diffiċli u kumplessi biex tifhimhom. Nistgħu faċilment ngħidu li dawk l-idjomi meqjusa ħfief ikunu aktar faċli li jiġu mifhuma malajr, anke minn tfal ta’ età żgħira. Iżda mbagħad l-oħrajn li mhumiex daqshekk ħfief, ċari u trasparenti fit-tifsira tagħhom ikollhom bżonn spjegazzjoni aktar dettaljata magħhom biex it-tfal ikunu jistgħu jifhmu l-kunċett ta’ kif jintużaw.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8848
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL028.pdf
  Restricted Access
14.7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.