Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101792
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-09-14T10:36:15Z-
dc.date.available2022-09-14T10:36:15Z-
dc.date.issued2010-
dc.identifier.citationFarrugia, G. (2010). II-ġens grammatikali fil-Malti (Doctoral dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101792-
dc.descriptionPH.D.LINGUISTICSen_GB
dc.description.abstractWieħed mis-suġġetti ta' natura lingwistika li kien u għadu joħloq kontroversja bejn l-istudjużi huwa dak li jiffoka fuq ir-relazzjoni li teżisti bejn il-lingwa u d-dinja ekstralingwistika. F' dan il-kuntest, id-differenza bejn sess u ieħor titqies bħala fattur li jinfluwenza ħafna l-perċezzjoni li għandna dwar id-dinja. Bosta drabi din ir-relazzjoni tkun assoċjata mal-kategoriji semantiċi raġel/mara u mal-kategoriji grammatikali maskil/femminil, distinzjoni li tistrieħ fuq is-sistema tal-ġens f'bosta lingwi, inkluż il-Malti. Madankollu, in-natura ta' din ir-relazzjoni għadha kontroversjali u għalhekk il-ġens ta' spiss jitqies, kif jgħid Corbett (1991:1), bħala: " ... the most puzzling of the grammatical categories. It is a topic which interests non-linguists as well as linguists and it becomes more fascinating the more it is investigated. In some languages gender is central and pervasive, while in others it is totally absent. One of its attractions for linguists is that there are interesting aspects of the study of gender in each of the core areas of linguistics." Dan ix-xogħol jinvestiga sewwasew kif tiffunzjona din il-kategorija grammatikali fil-Malti, u kif il-kelliema tal-Malti jikklassifikaw in-nomi billi jassoċjaw magħhom ġens jew ieħor. Dan kollu jinvolvi bosta proċessi mentali, proċessi ta' assoċjazzjonijiet u analizi kontinwi, proċessi li ħafna drabi l-kelliem innifsu ma jkunx konxju tagħhom. Għaldaqstant, dan l-istudju, għalkemm jiffoka fuq il-Malti, jitqiegħed fid-dawl ta' studji ohra psikolingwistiċi biex ċerti kunċetti diskussi fih ikunu jistgħu jinftiehmu aħjar. Kien meħtieġ ukoll li fil-bidu ssir diskussjoni dwar x'mekkaniżmi grammatikali jużaw il-lingwi biex jikkategoriżżaw in-nomi fihom. Dan sar biex dak li jintqal fuq il-Malti jkun jista' jinftiehem f'perspettiva usa' u jkun jista' jitqabbel ma' dak li jiġri f'lingwi oħra. [...]en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese languageen_GB
dc.subjectGrammar, Comparative and generalen_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.subjectLinguisticsen_GB
dc.titleII-ġens grammatikali fil-Maltien_GB
dc.typedoctoralThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentInstitute of Linguistics and Language Technologyen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFarrugia, George-
Appears in Collections:Dissertations - InsLin - 1996-2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
PH.D._Farrugia_George_2010.pdf
  Restricted Access
18.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.