Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101792
Title: II-ġens grammatikali fil-Malti
Authors: Farrugia, George
Keywords: Maltese language
Grammar, Comparative and general
Maltese language -- Grammar
Linguistics
Issue Date: 2010
Citation: Farrugia, G. (2010). II-ġens grammatikali fil-Malti (Doctoral dissertation).
Abstract: Wieħed mis-suġġetti ta' natura lingwistika li kien u għadu joħloq kontroversja bejn l-istudjużi huwa dak li jiffoka fuq ir-relazzjoni li teżisti bejn il-lingwa u d-dinja ekstralingwistika. F' dan il-kuntest, id-differenza bejn sess u ieħor titqies bħala fattur li jinfluwenza ħafna l-perċezzjoni li għandna dwar id-dinja. Bosta drabi din ir-relazzjoni tkun assoċjata mal-kategoriji semantiċi raġel/mara u mal-kategoriji grammatikali maskil/femminil, distinzjoni li tistrieħ fuq is-sistema tal-ġens f'bosta lingwi, inkluż il-Malti. Madankollu, in-natura ta' din ir-relazzjoni għadha kontroversjali u għalhekk il-ġens ta' spiss jitqies, kif jgħid Corbett (1991:1), bħala: " ... the most puzzling of the grammatical categories. It is a topic which interests non-linguists as well as linguists and it becomes more fascinating the more it is investigated. In some languages gender is central and pervasive, while in others it is totally absent. One of its attractions for linguists is that there are interesting aspects of the study of gender in each of the core areas of linguistics." Dan ix-xogħol jinvestiga sewwasew kif tiffunzjona din il-kategorija grammatikali fil-Malti, u kif il-kelliema tal-Malti jikklassifikaw in-nomi billi jassoċjaw magħhom ġens jew ieħor. Dan kollu jinvolvi bosta proċessi mentali, proċessi ta' assoċjazzjonijiet u analizi kontinwi, proċessi li ħafna drabi l-kelliem innifsu ma jkunx konxju tagħhom. Għaldaqstant, dan l-istudju, għalkemm jiffoka fuq il-Malti, jitqiegħed fid-dawl ta' studji ohra psikolingwistiċi biex ċerti kunċetti diskussi fih ikunu jistgħu jinftiehmu aħjar. Kien meħtieġ ukoll li fil-bidu ssir diskussjoni dwar x'mekkaniżmi grammatikali jużaw il-lingwi biex jikkategoriżżaw in-nomi fihom. Dan sar biex dak li jintqal fuq il-Malti jkun jista' jinftiehem f'perspettiva usa' u jkun jista' jitqabbel ma' dak li jiġri f'lingwi oħra. [...]
Description: PH.D.LINGUISTICS
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101792
Appears in Collections:Dissertations - InsLin - 1996-2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
PH.D._Farrugia_George_2010.pdf
  Restricted Access
18.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.