Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/104675
Title: | L-Istazzjon tal-Ilma fi Mġarr ix-Xini |
Authors: | Pace, Mario |
Keywords: | Mġarr ix-Xini Pumping Station (Xewkija, Malta) -- History Pumping stations -- Malta -- Xewkija Chadwick, Osbert, 1844-1913 Waterworks -- Malta -- History -- 20th century Water-supply engineering -- Malta Xewkija (Malta) -- History Gozo (Malta) -- History |
Issue Date: | 2015 |
Publisher: | Xewkija : Parroċċa San Ġwann Battista |
Citation: | Pace, M. (2015). L-Istazzjon tal-Ilma fi Mġarr ix-Xini. Gourgion : festa [San Ġwann Battista, Xewkija] 2015. Xewkija : Parroċċa San Ġwann Battista, 19, 21, 23-24. |
Abstract: | Grupp ta’ studenti mill-kors tal-arkitettura għamlu diversi żjarat u stħarrġu fil fond fuq ir-rwol tal-binja tal-Istazzjon tal-Ilma fi Mġarr ix-Xini ġewwa Għawdex. L-istorja ta’ dan l-istazzjon teħodna lura fl-1886 meta d-deputat Gvernatur Hely-Hutchison ta’ instruzzjoni lill-enġinier Osbert Chadwick sabiex jagħmel spezzjoni tal-ilma ġewwa il-Gżira ta’ Għawdex. Wara osservazzjonijiet u studju fit-tul tal-kwalita’ ta’ ilma, l-inginier Chadwick kellu f’moħħu tliet widien prinċipili fejn seta’ jinbena stazzjon tal-ilma, dawn kienu Wied ta’ Żejta, il-Wied ta’ Mgarr ix-Xini u l-Wied tad-Dwejra. Wara li tħaffru żewġ xaftijiet f’Imġarr ix-Xini, irriżulta li l-ilma kien ta’ kwalita tajba u seta’ jibda x-xogħol għat-tnehdija tal-istazzjon tal-ilma f’Imġarr ix-Xini. Ix-xogħol kien komplut fl-1901 u fil bidu l-pompa tal-ilma kienet titħaddem permess ta ‘Steam Boiler’, jaħdmu bil-faħam. Għall-aħħar tas-snin ħamsin inbena stazzjon ġdid fis-Sabbara li għadu jaħdem sal-lum. Dan serva sabiex li l-qabda tal-ilma ta’ kuljum ma kenitx biżżejjed, kif ukoll li kien aktar konvenjenti li jaqilbu l-pendil sabiex l-ilma kollu jinġabar in-naħa ta’ dan l-istazzjon il-ġdid dak ta’ Sabbara. Mal-medda taż-żmien din l-istruttura sofriet att ta’ vandaliżmu u b’konsegwenza ta’ dan tinsab fi stat ta’ abbandun u rovina. F’dawn l-aħħar snin saru diversi attentati sabiex jiġi restawrat l-istazzjonu u anke saru studji li jipprovdu bażi tajba minn fejn jista jsir pjan ta’restawr. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/104675 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCTecETSE Parish of St. John the Baptist. Gourgion |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L-Istazzjon tal-Ilma.pdf | 790.14 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.