Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1050
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-01-29T10:40:06Z-
dc.date.available2015-01-29T10:40:06Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1050-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractSa minn żmien Platun il-letteratura ntrabtet mal-prinċipju Klassiku tal-mimesi u tqieset bħala l-mera tas-soċjetà għax b’modi u espressjonijiet differenti rrappreżentat qagħdiet soċjali u politiċi ta’ soċjetajiet partikolari fi żminijiet differenti (Hegtvedt 1). Il-letteratura ma kinitx sempliċiment xi ħaġa sabiħa u li tagħti gost imma kellha tkun vitali u ta’ benefiċċju kemm għall-kittieba kif ukoll għas-soċjetà (Carlin 14). Bosta kritiċi huma tal-fehma li xogħol narrattiv, aktar minn xogħol poetiku huwa l-aħjar mezz letterarju biex tingħata stampa dettaljata u aktar mill-qrib tas-soċjetà (Oshin, “Sociology of Literature”). F’dan l-istudju din l-idea se tiġi kkontestata għax se tingħata importanza lill-interazzjoni reċiproka bejn il-poeżiji Romantiċi ta’ Ġan Anton Vassallo u s-soċjetà Maltija tal-ewwel nofs tas-seklu dsatax. Il-fatt li l-poeżija nkitbet xi darba jfisser li għandha kuntest storiku, ladarba nkitbet minn xi ħadd ifisser li għandha kuntest psikoloġiku u la nkitbet xi mkien ifisser li għandha kuntest soċjali u politiku. Il-poeżiji juruna x’bidla seħħet matul is-snin, jirriflettu fuq l-importanza tal-istorja, u jagħtu lok għall-osservazzjoni kritika minn perspettiva soċjoloġika, kemm jekk huma ċajtiera, satiriċi, patetiċi jew patrijottiċi. Is-siltiet kollha tal-poeżiji ta’ Vassallo li jidhru f’din it-teżi qegħdin jiġu studjati fid-dawl ta’ interpretazzjoni soċjoloġika u huma meħuda mill-ktieb Ġan Anton Vassallo: Il-Poeżiji; Miġburin b’Daħla u b’Noti minn Oliver Friggieri, ippubblikat fl-2012. Ix-xogħlijiet letterarji tiegħu nkitbu bl-għan li jitfgħu dawl fuq il-vizzji, id-destin tal-passat kif ukoll tal-preżent biex b’dan l-iskop il-kittieb inissel kuxjenza meħtieġa fost il-kotra bit-tama li jikkoreġu l-iżbalji u jemanċipaw ruħhom. Vassallo kien jemmen li l-letteratura tista’ tibdel lis-soċjetà u tħalli effetti pożittivi fuqha. Għalhekk inqeda bil-poeżiji biex jibdel u jipperfezzjona moralment lis-soċjetà permezz ta’ preżentazzjoni ta’ fehmiet ġodda u modi diversi ta’ raġunament għax wara kollox mingħajr letteratura s-soċjetà kienet tkun nieqsa mill-moralità u r-razzjonalità. Fl-ewwel taqsima se jingħata tagħrif dwar l-isfond storiku u kulturali tas-seklu dsatax, b’mod partikolari dwar il-wasla tal-eżiljati Taljani ta’ żmien ir-Risorġiment, il-proklamazzjoni tal-Libertà tal-Istampa u l-kontribut tagħhom lejn żviluppi kulturali Maltin. Fit-tieni parti tal-kapitlu se jingħata tagħrif bijografiku u tagħrif dwar il-ħidma letterarja u soċjoloġika tal-poeta bħala iben u werriet tal-mentalità ta’ dan iż-żmien. Fit-taqsimiet ta’ wara l-attenzjoni se tkun fuq l-aspetti soċjali li f’dan il-perjodu tant kienu qegħdin fi kriżi li ma setgħux ma jinfluwenzawx lill-poeta fil-kitbiet tiegħu. Il-punt tat-tluq tiegħu hu dejjem l-isfond storiku, politiku, soċjali u kulturali iżda mbagħad xogħlu jilħaq il-milja tiegħu fil-kummenti u l-opinjonijiet personali. Sabiex l-argumenti tiegħu fuq temi diversi jkunu mifhumin aktar se jintrabtu ma’ teoriji soċjoloġiċi barranin biex minn dawn iż-żewġ perspettivi tinħoloq interpretazzjoni aktar ċara u dettaljata tal-analiżi tiegħu tas-soċjetà. Fit-tieni taqsima ser tiġi diskussa l-qagħda mwiegħra u inferjuri tal-Maltin fi żmien il-ħakma Ingliża u f’perjodu li kien ikkaratterizzat minn tħarbit fl-istorja politika, ekonomika u soċjali. Se tingħata ħarsa wkoll lejn l-istratifikazzjoni soċjali fejn Malta kienet maqsuma f’żewġ partijiet: l-ibliet tan-naħa tal-Port il-Kbir u l-irħula, il-klassi l-għanja u l-klassi l-fqira. Fi kliem ieħor il-Maltin ġew imqassma fi strati skont il-poter, l-edukazzjoni, il-prestiġju, il-proprjetà u l-fatturi ekonomiċi tal-individwi. Se ssir evalwazzjoni fuq liema tip ta’ ideoloġija qiegħed ifassal il-kitbiet tiegħu l-poeta minħabba li għandu s-setgħa li jisfidaha u jittrasformaha f’waħda ġdida favur nazzjon emanċipat u b’livell xieraq ta’ għejxien. It-tielet taqsima tivverifika li d-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa ġew prodotti kulturalment u mhux bijoloġikament għax fiż-żminijiet tal-qedem il-figura femminili ma dehritx bħala ħlejqa dgħajfa li ma tgħaddix mingħajr il-protezzjoni tar-raġel. Iżda ġara li minħabba s-sistema patrijarkali s-sess maskili ngħata aktar vantaġġ mis-sess femminili. Minħabba li din l-idea kienet stabbilita universalment u għax ħafna mill-poeti Romantiċi kienu rġiel, il-mara ġiet osservata minn perspettiva maskili fil-femminilità tagħha u għalhekk l-irwoli tal-karattri femminili fil-letteratura kienu jirriflettu l-isterjotip kulturali tas-soċjetà. L-aħħar kapitlu jiffoka l-aktar fuq id-diskors dwar ir-reliġjon Kattolika u r-razza li ntuża kemm politikament mill-kolonjalisti biex jibnu l-imperi tagħhom fuq id-distinzjoni bejn min hu ċivilizzat u min mhux, kif ukoll letterarjament mill-poeti sa minn żmien is-seklu dsatax biex jinħoloq sens ta’ għaqda fost il-komunità Maltija imma fl-istess ħin biex joħloq distinzjoni ġġustifikata bejn in-nies tal-post u l-barranin. Id-diskors f’termini ta’ razza ġie użat ukoll biex jinħolqu differenzi lingwistiċi. Minħabba f’hekk il-lingwa Maltija għal ħafna snin kienet marbuta ma’ preġudizzji u sabet ħafna tfixkil għax għalkemm kienet il-lingwa tal-poplu, din ma kinitx toffri s-sens ta’ sigurtà bħalma kienet tagħti l-lingwa kulturali tat-tradizzjoni Ewropea.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectPoets, Maltese -- 19th century -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 19th centuryen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 19th centuryen_GB
dc.titleIl-poeżiji ta’ Ġan Anton Vassallo : interpretazzjoni soċjoloġikaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Malta-
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Maltese-
dc.description.reviewedN/A-
dc.contributor.creatorAquilina, Lorraine-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL001.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0011.46 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.