Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109697
Title: La Mamma dei Cretini è sempre Incinta JEU Ghasc Barra mhusc bilfors Mod Iehor (jeu Ahjar) : L-insularità f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo u f’What Happens in Brussels stays in Brussels ta’ Ġużè Stagno
Authors: Tanti, Emanuel
Keywords: Mamo, Ġwann, 1886-1941. Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka -- Criticism and interpretation
Stagno, Ġużè, 1976-. What Happens in Brussels stays in Brussels -- Criticism and interpretation
Authors, Maltese
Prose literature
Characters and characteristics in literature
Maltese literature -- 21st century
Maltese fiction -- 21st century
Issue Date: 2019
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Tanti, E. (2019). La Mamma dei Cretini è sempre Incinta JEU Ghasc Barra mhusc bilfors Mod Iehor (jeu Ahjar) : L-insularità f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo u f’What Happens in Brussels stays in Brussels ta’ Ġużè Stagno. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 121-128
Abstract: L-artiklu ta’ Emanuel Tanti jitkellem dwar l-insularità psikoloġika, soċjali, morali u politika f’żewġ rumanzi: Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo u What Happens in Brussels stays in Brussels ta’ Ġużè Stagno. Bħala spunt jieħu l-esej ‘Desert Islands’ ta’ Gilles Deleuze, li fih dan il-ħassieb jistqarr li l-insularità tmur lil hinn mil-limitazzjonijiet ġeografiċi marbutin mal-gżira: l-‘idea’ li l-abitanti jkollhom tal-ġżira li qed jgħixu fuqha hija importanti daqs il-gżira nnifisha. Għalhekk il-vjaġġi lejn l-Amerka u lejn il-Belġju ma joffrux il-ħelsien jew is-serħan mistenni mill-forma mentis li ssawwar fil-karattri ta’ dawn ir-rumanzi. Dwar dan jiġu ppreżentati żewġ perspettivi: dik tal-‘idea ġenerattiva’, li tilqa’ l-eteroġeneità u l-progress; u dik tal-‘idea replikatorja’, li xxekkel l-iżvilupp u tiffavorixxi l-insularità. Fl-aħħar nett jiġi diskuss il-kunċett tal-eroj, primarjament ir-rwoli li għandhom il-karattri ta’ Filiċ u Alexia fir-rumanzi ta’ Mamo u Stagno rispettivament. Dawn il-karattri jispikkaw għaliex jeżistu fil-periferija tal-grupp minħabba li ma jħaddnux il-fehmiet dominanti tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109697
ISBN: 9789993278139
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
La_Mamma_dei_Cretini_è _empre_Incinta_JEU_Ghasc_Barra_mhusc_bilfors_Mod_Iehor.pdf328.46 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.