Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112781
Title: | It-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija dwar it-tema tad-dar u l-bini ta’ madwarna |
Authors: | Borg, Yousef (2022) |
Keywords: | Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Foreign speakers Maltese language -- Vocabulary Dwellings -- Terminology House furnishings -- Terminology |
Issue Date: | 2022 |
Citation: | Borg, Y. (2022). It-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija dwar it-tema tad-dar u l-bini ta’ madwarna (Master's dissertation). |
Abstract: | F’din it-teżi se jiġi ppreżentat pakkett ta’ riżorsi li miegħu se jinkludi deskrizzjoni dettaljata ta’ kull riżorsa. Dan il-pakkett jikkonsisti minn għoxrin riżorsa, li kollha huma marbutin mat-tema ta’ djarna u l-bini ta’ madwarna: għaxar riżorsi tradizzjonali jiġifieri leħħiet, puzzles u karti tat-taħriġ, kif ukoll għaxar riżorsi diġitali eżempju kwiżż, powerpoints u logħob interattiv. Dawn ir-riżorsi huma mmirati għall-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija, fl-iskola Medja u Sekondarja li jinsabu fil-livell elementari tal-Common European Framework of Reference for Languages (CEFR), jiġifieri livell A1 u A2. Għalhekk, dawn ir-riżorsi għandhom jolqtu l-erba’ ħiliet tal-lingwa, jiġifieri: il-qari, il-kitba, is-smigħ u t-taħdit. Permezz tat-tema prinċipali, l-istudenti se jkomplu jkabbru t-tagħlim tal-vokabularju u se jiltaqgħu u jitħarrġu f’aspetti grammatikali marbuta mal-prepożizzjonijiet. Apparti mill-ħolqien tar-riżorsi, ħadt sehem fil-proġett MaltiTek. F’dan il-proġett jien ikkoreġejt il-lessemi u l-forom derivattivi ta’ erba’ verbi: għalaq, żejjen, kines u għasar. Permezz ta’ dan il-proġett dawn il-verbi setgħu jkunu aġġornati fis-sit il-‘Ġabra’. L-għan ta’ dan kollu huwa li niffaċilita l-mod ta’ kif l-istudenti jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija. |
Description: | MTL(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112781 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2022 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2218EDUEDU500100011810_1.PDF | 29.45 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.