Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120196
Title: In-nomi inaljenabbli fil-Malti
Authors: El Raes, Sumeia (2023)
Keywords: Maltese language -- Noun
Maltese language -- Pronoun
Maltese language -- Possessives
Issue Date: 2023
Citation: El Raes, S. (2023). In-nomi inaljenabbli fil-Malti (Bachelor's dissertation).
Abstract: Ħajjitna mimlija relazzjonijiet, minn mindu nieħdu l-ewwel nifs sal-aħħar wieħed. Ħafna minn dawn ir-relazzjonijiet huma awtomatiċi għax jinbtu mingħajr il-kontroll tagħna. Il-lingwa kapaċi tirrappreżentahom peress li hi wkoll għandha relazzjoni intrinsika mad-dinja reali. Dawn irrelazzjonijiet awtomatiċi u intrinsiċi huma meqjusin bħala inaljenabbli, li fil-Malti dawn huma riflessi min-nomi inaljenabbli. Jekk in-nom possedut jirreferi għal entità li “tkun f’relazzjoni permanenti u neċessarja mal-possessur tagħha, ir-relazzjoni titqies inaljenabbli” (Crystal, 2008, p. 19). Ilpossessjoni inaljenabbli hija “tip ta’ kostruzzjoni possessiva fejn l-oġġett ppossedut ġeneralment ma jistax jiġi sseparat mill-possessur” (Trask, 1993, p. 138). F’ċertu lingwi, il-possessjoni inaljenabbli u aljenabbli jiddistingwixxu ruħhom minn xulxin grammatikalment (Trask, 1993, p. 13). Fil-każ talMalti, dan isir permezz tal-pronom mehmuż li jinhemeż man-nom possedut. Nibda bil-ħarsa kritika, sabiex niskopri minn fejn oriġinaw in-nomi inaljenabbli fil-Malti u flistess ħin nara minn fejn huma mnisslin kemm is-sistema tal-pronom mehmuż fil-possessjoni inaljenabbli kif ukoll is-sistema tal-prepożizzjoni ‘ta’’ fil-possessjoni aljenabbli. Iż-żewġ sistemi għandhom orġini Semitika u b’hekk, fl-ewwel taqsima tal-ewwel kapitlu naqbad tliet djaletti tal-Għarbi li għandhom dawn iż-żewġ sistemi possessivi u l-psewdokostrutt fl-Għarbi Standard Modern waqt li fl-istess ħin inqabbilhom ma’ dak li nsibu fil-Malti. Fit-tieni taqsima ta’ dan il-kapitlu nitkellem fuq studji minn grammatiċi diversi tal-Malti li b’xi mod ittrattaw l-inaljenabbiltà fil-Malti sabiex naqsam dak kollu li nkiteb qabel l-istudju tiegħi. Fl-aħħar tal-kapitlu nagħti konklużjoni ġenerali ta’ dak kollu li ħareġ mill-istudji tal-grammatiċi tal-Malti. Għal din it-teżi ġbart ukoll in-nomi inaljenabbli kollha fil-Malti li ltqajt magħhom. Għall-għan ta’ dan l-istudju, in-nomi inaljenabbli qed inqishom bħala dawk kollha li jieħdu l-pronom mehmuż. B’riżultat ta’ dan kollu, fit-tieni kapitlu nelenka tabella maqsuma f’sitt kolonni: ‘Nom’, ‘Nisel’, ‘Zokk’, ‘Kategorija Semantika’, ‘Alternanza’ u ‘Numru ta’ Sillabi fiz-Zokk’. Permezz ta’ dawn il-kolonni, noffri ħafna dettalji dwar in-nomi nnifishom. Minbarra din it-tabella, f’dan il-kapitlu nelenka tabella oħra li fiha nuri nomi li jieħdu l-pronom mehmuż f’ċertu sitwazzjonijiet biss, bħal fi qwiel, poeżiji, novelli, siltiet mill-Bibbja u versi popolari. Dan ifisser li l-użu tal-pronom mehmuż ma’ dawn in-nomi jew inqata’ maż-żmien peress li qabel kien għadu produttiv jew li dan kien qed iseħħ biss għar-rima fil-qwiel jew bil-liċenzja poetika. Naturalment, fil-bidu ta’ dan il-kapitlu niddiskuti l-metodoloġija li użajt sabiex bnejt il-kontenut tat-tabelli. Fit-tielet u l-aħħar kapitlu ta’ din it-teżi nagħmel analiżi tan-nomi li ġbart fl-ewwel tabella bissaħħa ta’ għadd ta’ kriterji: nisel in-nomi, il-kategorija semantika tan-nomi, in-nomi u l-kwistjoni talparadigma, l-alternanza tal-forma possessiva u n-numru ta’ sillabi fiz-zokk tan-nom. Fl-aħħar tat-teżina niddiskuti l-iktar punti importanti li ħarġu minn dan l-istudju u fl-istess ħin, nissuġġerixxi x’jista’ jsir aktar ’il quddiem bħala tkomplija ta’ dan l-istudju.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120196
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2308ATSMAL300005071808_1.PDF
  Restricted Access
1.73 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.