Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120257
Title: Il-kwalitajiet emerġenti fin-novella Maltija tal-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin
Authors: Saliba, Kelly (2023)
Keywords: Azzopardi, Clare, 1977- -- Criticism and interpretation
Mejlak, Pierre J., 1982- -- Criticism and interpretation
Nabhan, Walid -- Criticism and interpretation
Short stories, Maltese -- 21st century
Postmodernism (Literature) -- Malta
Cosmopolitanism in literature
Feminist literature -- Malta
Issue Date: 2023
Citation: Saliba, K. (2023). Il-kwalitajiet emerġenti fin-novella Maltija tal-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin (Master's dissertation).
Abstract: Din ir-riċerka se tħares lejn tliet novelliera Maltin tal-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin (Clare Azzopardi, Pierre J. Mejlak u Walid Nabhan) u lejn il-kurrenti u linfluwenzi li jinsabu fin-novelli tagħhom. Il-Postmoderniżmu, il-Kożmopolitaniżmu u lFemminiżmu tat-tielet mewġa, anki jekk fi gradi differenti, ġew osservati fit-tlieta li huma u għalhekk l-analiżi se tkun qiegħda ssir b’referenza għal dawn it-tliet kurrenti. Minkejja dawn il-pożizzjonijiet komuni hemm ukoll elementi differenti bejn it-tliet kittieba u dan l-istudju se jkun qiegħed iħares lejn il-kwalitajiet, simili kif ukoll differenti, li qegħdin jidhru f’dawn ix-xogħlijiet. In-novelli se jitpoġġew f’qafas storiku Malti u barrani. Il-libertà tal-espressjoni u l-liberalizzazzjoni tal-media taw palata sabiex il-kittieba jibdew jiktbu dwar temi tabù b’lingwaġġ skjett u bdew jinkludu anki diskors storiku u politiku dwar it-tmeninijiet f’Malta fin-novelli tagħhom. Imbagħad, l-użu tat-teknoloġija u l-mezzi diġitali li raw ilbidu tagħhom f’Malta fid-disgħinijiet, kompla jqarreb lill-Maltin lejn pajjiżi barranin. Din il-qrubija kompliet tissaħħaħ bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea li bis-saħħa tagħha l-Maltin saru wkoll ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, ir-rakkonti huma wkoll imnebbħa mill-kultura barranija, partikolarment tal-Punent, kultura li kulma jmur ilMaltin qegħdin jakkomodaw dejjem iżjed għaliha. Fid-dawl ta’ dan kollu se jiġi mistħarreġ kif il-ġeneru tan-novella f’Malta qiegħed jinbidel u liema huma dawk l-elementi li qegħdin isawruh, anki jekk it-tliet awturi għandhom kwalitajiet differenti minn xulxin.
Description: M.A.(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120257
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2319ATSMAL509900000201_1.PDF1.84 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.