Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122729
Title: | Dizzjunarju storiku tal-Malti bbażat fuq il-manuskritt Regole per la lingua Maltese, Malti-Taljan |
Authors: | Debattista, Charlene (2010) |
Keywords: | Thesan, Chevalier de, active 17th century Maltese language -- Dictionaries -- Italian Maltese language -- Grammar |
Issue Date: | 2010 |
Citation: | Debattista, C. (2010). Dizzjunarju storiku tal-Malti bbażat fuq il-manuskritt Regole per la lingua Maltese, Malti-Taljan (Bachelor’s dissertation). |
Abstract: | Ma kinitx faċli meta ġejt biex nagħżel liema qasam se nittratta fit-teżi. Minn dejjem kelli interess akbar fil-Lingwistika, b'mod speċjali lejn l-istorja tal-kelma u l-etimologija. Nimpressjona ruħi kull darba Ii ninnota kliem Ii qatt ma smajt qabel u Ii wisq inqas inkun naf it-tifsira tiegħu. Dan il-fatt iqanqal fiha interess kbir lejn l-istorja ta' isienna. Mera ta' kemm ilsienna stagħna matul iż-żmien, mill-bidu sal-lum, sfortunatament għad m'għandniex u għalhekk jinħass il-bżonn li lsienna jkollu dizzjunarju storiku bħalma diversi lingwi oħra għandhom; fosthom l-Ingliz b'The Oxford English Dictionary, it Taljan bil-Grande Dizionario delta Lingua Italiana, l-Ispanjol b'La Real Academia Espanola u l-Franċiz b'Dictionnaire de l'Academie francaise. Huwa fatt Ii fejn jidħlu r-riżorsi, il-Malti ma jistax jiġi mqabbel ma' dawn il-lingwi. Barra minn hekk, għandu wkoll storja differenti ghalkollox minnhom u kien għal sekli sħaħ meqjus bħala l-lingwa tal-maħkum, bla prestiġju, dam ma beda jinkiteb - tant Ii m'ilux ma stabilixxa ortografija uffiċjali. Madanakollu, il-possibilta li l-ilsien Malti jkollu dizzjunarju bl-eqdem referenzi ghall kliem mhix ħaġa impossibbli. Erin Serracino Inglott jagħtina definizzjoni "letterarja" dwar dizzjunarju storiku tal-Malti: "Ġabra ta' kliem Ii jinsab fl-ilsien Malti mill-eqdem magħruf u miktub, ukoll dak Ii ma għadux jingħad, sal-iġded magħżul u milqugħ, Ii beda jingħad, miktub kif jixraq bit-tiswijiet meħtieġa, u mogħni bit-tifsir tan-nisel Semitiku jew Romanz skont is-sengħa". |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122729 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.(HONS)MALTESE_Debattista_Charlene_2010.pdf Restricted Access | 8.03 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.