Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126788
Title: | Karattri frammentati fin-novelli ta’ Immanuel Mifsud |
Authors: | Simiana, Maria (2014) |
Keywords: | Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation Mifsud, Immanuel, 1967- -- Characters Women in literature Masculinity in literature Sex role in literature Short stories, Maltese |
Issue Date: | 2014 |
Citation: | Simiana, M. (2014). Karattri frammentati fin-novelli ta’ Immanuel Mifsud (Master's dissertation). |
Abstract: | Għażilt li niddiskuti x-xogħol ta’ Immanuel Mifsud għax huwa wieħed mill-aqwa kittieba kontemporanji Maltin u għandu karattri intriganti ħafna fir-rakkonti tiegħu. Iffukajt fuq numru ta’ novelli, u ħallejt barra l-poeżiji u r-rakkont awtobijografiku tiegħu, għax għandu għadd kbir ta’ novelli u kieku qbadthom kollha fid-dettall kont nispiċċa naqbeż illimitu ta’ kliem permess f’teżi bħal din. Filwaqt li n-novelli ta’ Mifsud huma, il-parti l-kbira tagħhom, rakkonti intriganti, kollha għandhom karatteristiċi differenti minn xulxin, għalhekk uħud minnhom juru lillprotagonisti b’mod effettiv fil-binja tagħhom, oħrajn jiffukaw aktar fuq l-istilistika jew ittematika bħala karatteristiċi li jikkumplimentaw il-binja tal-karattri u jsaħħu lframmentazzjoni fihom, fost oħrajn. Għażilt novelli bħal “Demm,” “Anne u Sylvia,” “IlLejl l-Iswed taċ-Ċief,” u “L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut” fil-kapitlu dwar ilkarattri nisa għax huma novelli rrakkuntati mill-protagonisti femminili stess u matulhom il-qarrejja jistgħu jsegwu l-vjaġġ li jagħmlu l-karattri b’mod dirett. Għalhekk l-idea aħħarija li jisiltu dwar dak li jkunu qraw aktarx tkun aktar qrib tat-test. Barra minn hekk, huma u jaqraw il-qarrejja jħossuhom aktar viċin tal-protagonisti milli kieku l-istorja tkun irrakkuntata minn karattru differenti. Għall-kuntrarju ta’ dan, novelli bħal “8½,” “Rubi,” u “Angela, Jane u Lina” huma rrakkuntati minn narratur omnixxjenti jew minn narratur omodijeġetiku raġel li jitkellem dwar il-karattri nisa. Għalhekk, l-idea li jibnu r-rakkont dwar il-karattri femminili prinċipali kapaċi tibqa’ waħda patrijarkali, kif inhi l-perspettiva f’ħafna narrattiva Maltija. Novelli bħal “Sonia” u “Priscilla,” għalkemm huma xogħlijiet eponimiċi, ma jagħtux wisq dinamiċità lill-protagonisti, għaldaqstant ħassejt li hemm novelli oħra b’karattri aktar kumplessi, bħal “Gideb,” “Spag” u “Lejl ma’ Amy Winehouse,” li joffru perspettivi interessanti. Bl-istess mod “Duħħan: Jew Fdal ta’ Mħabba” ma tidħolx f’wisq dettall dwar il-karattri prinċipali tagħha, waqt li “Ritratti Meħuda s-Sibt Filgħaxija” aktar jistħoqqilha tiġi ttrattata minħabba l-istil ta’ kitba frammentat tagħha. Fin-novelli “Gżejjer” u “Imħabba u Soċjaliżmu” tidher l-idea tal-mara li fis-senswalità kollha tagħha terġa’ lura, f’għajnejn ir-raġel, għall-innoċenza tat-tfulija, ħarsa li fiha nara element patrijarkali qawwi minkejja li tidher “innoċenti.” […] |
Description: | M.A.MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126788 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2014 Dissertations - FacArtMal - 2014 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
14MAMAL001.pdf Restricted Access | 2.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.