Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130091
Title: | Il-ħabib tal-għarus : Ġwanni l-Battista fl-evanġelju skont San Ġwann |
Authors: | Micallef, Martin |
Keywords: | John, the Baptist, Saint Bible. John -- Criticism, interpretation, etc. Jesus Christ -- Friends and associates |
Issue Date: | 2024 |
Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
Citation: | Micallef, M. (2024). Il-ħabib tal-għarus : Ġwanni l-Battista fl-evanġelju skont San Ġwann. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(226), 35-41. |
Abstract: | Fl-Evanġelju skont San Ġwann, Ġwanni (il-Battista) jiddefinixxi lil Ġesù bl-użu ta’ lingwaġġ matrimonjali meta jsejjaħlu “l-għarus” li miegħu hija magħquda l-għarusa, referenza għall-komunità ta’ dawk li jemmnu fih. Ix-xbieha tal-għarus applikata għal Ġesù hija inserita fl-aħħar xhieda li Ġwanni l-Battista jagħti f ’dan l-Evanġelju, meta d-dixxipli tiegħu jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu.” Dan il-kliem jidher li jirrifletti l-kontroversja minnaħa tad-dixxipli ta’ Ġwanni fir-rigward ta’ dak li kien qed jagħmel Ġesù, kontroversja li ttawlet għal bosta sekli wara l-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, hekk kif dawn id-dixxipli baqgħu jisħqu li l-Messija kien Ġwanni, l-Imgħallem tagħhom u mhux Ġesù. Huwa f ’dan id-dawl li rridu nippruvaw naqraw stqarrijiet dwar Ġwanni l-Battista li nsibu f ’dan l-Evanġelju. Hekk, pereżempju, fil-Prologu, naqraw: “Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl, dak id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem, huwa u ġej fiddinja.” Aktar tard Ġwanni nnifsu jistqarr: “Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li ‘jien m’iniex il-Messija,’ imma biss li ‘jien kont mibgħut qablu.’” Ftit wara, Ġwanni l-Battista jkompli jistqarr: “Jentieġ li jikber hu u niċkien jiena.” B’din l-istqarrija l-Battista jurina li kien jaf u fehem tajjeb is-sejħa tiegħu u l-limiti ta’ din l-istess sejħa meta nqabbla ma’ dik ta’ Ġesù. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130091 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheSC |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_ħabib_tal_għarus.pdf | 1.54 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.