Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13336
Title: Il-varjanti fonetiċi-ortografiċi : il-bidla fil-vokali
Authors: Mifsud, Gabriella
Keywords: Sociolinguistics -- Malta
Maltese language -- Variation
Maltese language -- Phonetics
Issue Date: 2016
Abstract: Il-qofol ta’ dan l-istudju jinsab primarjament fl-analiżi, li ġiet maqsuma fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu tal-analiżi, jiġi studjat b’mod ġenerali liema varjant huwa l-aktar popolari għal dawk is-sittin parteċipant li mlew il-kwestjonarju darba biss. L-importanza ta’ dawn il-kwestjonarji kien biex jiġu studjati l-varjabbli tal-età u tal-lokalità tal-parteċipanti. It-tieni kapitlu tal-analiżi ser jittratta sittin parteċipant ieħor li mlew il-kwestjonarju darbtejn fi spazju ta’ ġimgħa. L-iskop ta’ dan kien li jiġi studjat jekk l-istess parteċipant huwiex konsistenti fl-għażliet tal-varjanti li jagħmel minn ġimgħa għal oħra. Dan jisħqu William Labov meta jgħid li f’kull kelliem hemm Style Shifting u jgħid li ‘There is no single-style speakers.’ (Bratt Paulston; Tucker 234) Finalment l-analiżi tagħlaq bl-aħħar kapitlu li ser ikun jittratta fil-qofol tiegħu id-differenza fil-parteċipanti bejn il-kitba u t-taħdit. Dan il-kapitlu huwa wieħed interessanti għaliex l-iskop prinċipali tiegħu kien li jaqbad il-parteċipant meta jkun aljenat biex jinkiseb mingħandu tagħrif lingwistiku li joħroġ kemm jista’ jkun b’mod spontanju. Dan it-tagħrif imbagħad kien ikkomparat ma’ tagħrif ieħor miksub mill-parteċipanti permezz tal-kitba minħabba li waqt din l-attività, normalment, il-parteċipant ikun aktar konxju ta’ dak li qed jagħmel. B’dan il-mod wieħed ikun jista’ jikkonkludi jekk il-parteċipant jibqax konsistenti bejn it-taħdit u l-kitba tiegħu stess. Finalment it-teżi tagħlaq b’konklużjoni ġenerali dwar ir-riżultati, dwar xi skoprejt u x’tgħallimt. Jingħataw xi suġġerimenti dwar dak li jista’ jsir aktar ’il quddiem f’dan il-qasam tal-varjanti fonetiċi-ortografiċi biex jinkiseb aktar tagħrif dwar dan is-suġġett.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13336
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL019.pdf
  Restricted Access
6.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.