Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13341
Title: L-għeruq b’tifsira ta’ kwalità fil-Malti
Authors: Attard, Kelly
Keywords: Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Verb
Maltese language -- Morphology
Maltese language -- Roots
Maltese language -- Word formation
Issue Date: 2016
Abstract: F'din it-teżi se nipprova niċċara r-relazzjoni li hemm bejn dawn l-għeruq u l-forom (verbali u nominali) li jidħlu fihom, flimkien mat-tifsiriet li jesprimu. Barra minn hekk, se nħares ukoll lejn ir-relazzjoni bejn l-Ewwel u d-Disa' Forma verbali, minħabba li hemm xi verbi li fil-Malti għandhom l-istess tifsira fiż-żewġ forom, ħaġa li fl-Għarbi ma nsibuhiex. Barra minn hekk, meta nħarsu lejn in-nomi tal-kwalità jew stat nindunaw li, għalkemm għandhom għeruq ta' nisel Għarbi, dawn jistgħu jissawru kemm introflessivament u kemm konkatenattivament, u għalhekk se nara jekk it-tifsir f‟dawn iż-żewġ sistemi jkunx l-istess jew le. Hemm ukoll xi forom oħrajn li jista' jkollhom tifsira inkoattiva, iżda f‟dan ix-xogħol għażilt li nittratta dawk il-forom li huma kanonikament rikonoxxuti bħala forom li jwasslu xi aspett tal-kwalità. Minħabba f'hekk kelli nillimita ruħi billi nidħol fid-dettall ta' erba' forom verbali u fuq il-forom verbali l-oħra nsemmi biss xi affarijiet żgħar . Madanakollu, b'hekk stajt niffoka u nidħol f'iktar dettall fil-forom magħżula. F'dan il-livell, kelli nillimita ruħi wkoll għall-grammatki miktubin bil-Malti u bl-Ingliż biss, minħabba li t-Taljan u l-Latin huma lingwi li ma nafhomx. Sfortunatament, huwa diffiċli ħafna li tiġbor kull għerq li jista' b'xi mod jew ieħor ikollu tifsira ta' kwalità minħabba li l-istudju tiegħi bbażajtu ħafna fuq dak li nkiteb, speċjalment fid-dizzjunarju ta' Aquilina, u kelli nillimita ruħi biss għall-miktub. Għaldaqstant, mhux impossibbli li wieħed jinzerta xi għeruq oħra li jagħtu tifsira ta' kwalità fil-mitħaddet, speċjalment f'xi idjoletti. Madanakollu, jiena pruvajt inkun kompleta kemm jista' jkun biex min irid ikompli l-istudju tiegħu fuq dan is-suġġett isib korpus kważi komplet tal-għeruq ittrattati.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13341
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.