Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13379
Title: Il-komparattiv fil-Malti : studju fuq il-miktub u l-mitħaddet
Authors: Aquilina Camoin, Lloyd
Keywords: Maltese language -- Adjective
Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Comparison
Maltese language -- Variation
Issue Date: 2016
Abstract: It-teżina tinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa wiesgħa lejn l-aġġettiv u lkomparattiv kemm bħala kategoriji lingwistiċi kif ukoll l-użu tagħhom fl-ilsien Malti. Il-kapitlu jkompli bi spjegazzjoni ta’ kif jinħadem il-komparattiv skont diversi grammatki u studji dwar il- Malti. It-tieni kapitlu, li huwa analiżi tal-komparattivi użati fil-Malti miktub, jiftaħ b’ġabra estensiva talkomparattivi sintetiċi fil-Malti. Il-lista tinkludi l-forom komparattivi mniżżla fid-dizzjunarju ta’ Aquilina, forom varjanti u forom li jniżżilhom Bovingdon fl-istudju tiegħu dwar il-Maltraljan. Il-kapitlu jkompli bi spjegazzjoni tal-metodoloġija li nuża, u għalhekk nibda billi nagħti deskrizzjoni ta’ x’inhu l-korpus u għalfejn jintuża, nippreżenta r-riżultati li joħorġu minnu u nanalizzahom fiddawl ta’ dak li qalu studji oħrajn. F’dan il-kapitlu nitkellem ukoll fuq xi aġġettivi polisemiċi u għal darb’oħra, permezz tal-MLRS nistħarreġ jekk it-tifsira għandhiex effett fuq il-mod tat-tiswir talkomparattiv. L-aħħar kapitlu ta’ din it-teżina jippreżenta studju soċjolingwistiku li janalizza l-użu talkomparattiv fil-Malti mitħaddet. Wara ħarsa ħafifa lejn ir-rabta ta’ bejn is-soċjetà u l-lingwa, nippreżenta l-metodoloġija li użajt għal din il-parti. Il-fatturi soċjolingwistiċi li għażilt kienu l-età u l-ġeografija, u għalhekk permezz tal-kwestjonarji nistħarreġ x’differenzi joħorġu bejn dawn ilgruppi differenti. Iddeċidejt li nifrex l-istudju tiegħi fuq lokalitajiet differenti tal-ġżejjer Maltin, għaldaqstant għażilt iż-Żejtun min-naħa t’isfel, il-Furjana bħala post ċentrali u n-Nadur mill-gżira t’Għawdex. Il-parteċipanti qsamthom f’żewġ gruppi ta’ etajiet differenti – żgħażagħ ta’ bejn it-18 u s-26 sena u persuni li għandhom aktar minn 55 sena. L-istess bħalma nagħmel fit-tieni kapitlu, f’dan il-kapitlu nippreżenta wkoll ir-riżultati li joħorġu mill-istudju soċjolingwistiku u fl-analiżi niddiskuti l-elementi komuni li joħorġu, flimkien ma’ xi osservazzjonijiet interessanti oħra. L-għeluq huwa l-parti tat-teżina li tgħaqqad kollox flimkien. Hawnhekk nippreżenta l-punti li ħarġu minn dan l-istudju u nqabbel il-komparattiv fil-Malti kif użat fil-kitba ma’ kif jintuża fittaħdit. Barra minn hekk, nippreżenta skala li turi l-aġġettivi li studjajt lejn liema naħa joqorbu laktar, jekk hux lejn in-naħa tal-komparattiv b’forma sintetika, jew lejn in-naħa tal-komparattiv b’binja analitika. Nagħlaq it-teżina billi nissuġġerixxi x’jista’ jsir aktar ’il quddiem f’dan il-qasam lingwistiku.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13379
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL001.pdf
  Restricted Access
2.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.