Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13384
Title: L-ilbies : studju soċjolingwistiku f’Għawdex
Authors: Spiteri, Mary
Keywords: Sociolinguistics -- Malta -- Gozo
Clothing and dress -- Social aspects -- Malta -- Gozo
Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo
Issue Date: 2016
Abstract: Din it-teżina se tkun maqsuma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu ħa jagħti ħarsa lejn dak li diġà nkiteb minn awturi Maltin dwar il-qasam tal-ilbies, dan jinkludi kemm kotba kif ukoll teżijiet. Semmejt ukoll ktieb ta’ Francesca Balzan (2009) li jittratta l-ġojjellerija f’Malta li hi parti wkoll mill-ilbies ta’ persuna. Ħafna mill-kotba msemmija tkellmu dwar l-ilbies ta’ perjodi antiki u perjodi iktar riċenti. Għalkemm fil-kwestjonarju tiegħi ma inkludejtx stampi dwar ħwejjeġ antiki peress li tiegħi huwa studju kontemporanju, xorta ħassejt li kien interessanti li tkun inkluża informazzjoni dwar ilbies antik u dwar l-evoluzzjoni tal-kostum Malti. It-tieni kapitlu se ninkludi fih informazzjoni dwar is-soċjolingwistika u varjabbli soċjolingwistiċi fejn ħa niddiskuti l-varjabbli tas-sess, età, ġeografija u tal-klassi soċjali. Hawnhekk tkellimt ukoll dwar ir-reġistru u semmejt ukoll il-bilingwiżmu, id-diglossja u l-code switching li nemmen li kienu fatturi relevanti għat-teżi tiegħi minħabba li fit-tweġibiet mogħtija ġew fis-seħħ dawn l-elementi. Il-bilingwiżmu sar parti mill-ħajja tagħna l-Maltin speċjalment permezz tal-lingwa Ingliża u dan imbagħad wassal għal code switching jew kif sejjaħtlu jien fit-teżi, ‘taħlit lingwistiku’, fejn pereżempju persuna tatni terminu bil-Malti għal stampa u tatni terminu bl-Ingliż għall-istampa ta’ warajha. Ħassejt li kien importanti li nitkellem xi ftit dwar id-diglossja, il-varjetà l-għolja u dik il-baxxa peress li l-informanti tiegħi kollha huma Għawdxin u d-djaletti f’Għawdex, bħad-djaletti l-oħrajn, huma meqjusa bħala l-varjetà l-baxxa waqt li l-Malti Standard huwa meqjus bħala l-varjetà l-għolja. Għalhekk f’din it-taqsima 2.3.2 iddiskutejt dawn il-fatturi. Fit-tielet kapitlu, iinkludejt il-metodoloġija li għażilt biex nipproċedi biha, wara li għamilt konsultazzjonijiet ma’ teżijiet oħrajn. Hawnhekk ġew inklużi wkoll l-istudju pilota, l-għażla tal-informanti u tal-istampi u anke xi diffikultajiet li ltqajt magħhom. F’kapitlu numru 4 ktibt l-analiżi tar-riżultati miġbura kif ukoll id-diskussjoni tagħhom. L-analiżi se tkun maqsuma billi l-ewwel nitkellem dwar dawk l-istampi li ma rriżultat l-ebda jew xi ftit differenza fihom, dawk il-varjazzjonijiet li rriżultaw minħabba l-età, oħrajn minħabba l-ġeografija u dawk il-varjazzjonijiet li kienu r-riżultat ta’ taħlita ta’ fatturi. Tkellimt ukoll dwar dawk l-istampi li offrew ħafna varjazzjonijiet u pruvajt nagħti spjegazzjoni għal dawn, tkellimt dwar dawk l-eżempji li fihom xi parteċipanti ppreferew jagħtu deskrizzjoni ta’ mill-inqas żewġ termini u iinkludejt ukoll taqsima dwar it-termini mogħtija li kienu bil-lingwa Ingliża u ddiskutejthom. Fl-Appendiċi wieħed għandu jsib l-istampi murija lill-parteċipanti waqt l-intervisti, it-tweġibiet miġbura mill-40 parteċipant skont l-etajiet tagħhom u l-lokalità fejn joqogħdu, kif ukoll it-tweġibiet organizzati għal kull stampa skont il-frekwenza ta’ kull terminu, jiġifieri hawnhekk għoddejt il-frekwenza ta’ kull terminu użat għal kull stampa irrilevanti mill-età jew ġeografija tal-informant.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13384
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL025.pdf
  Restricted Access
6.18 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.