Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13404
Title: Il-Malti Ingliż imħallat fuq Facebook
Authors: Ebejer, Kirsty
Keywords: Social media -- Malta
Code switching (Linguistics) -- Malta
Bilingualism -- Malta
Issue Date: 2016
Abstract: F’din it-teżina, fil-kapitlu ta’ wara dan, se nagħti ħarsa lejn il-letteratura teknika, u nara x’jgħidu diversi studjużi u lingwisti fuq il-qasam tat-taħlit, (code-switching). Qabel ma wasalt għal x’intqal minn diversi lingwisti dwar it-taħlit, tajt ħarsa ħafifa lejn x’inhi s-soċjolingwistika, x’relazzjoni hemm bejn il-lingwa u s-soċjetà, u kif ukoll il-qasam tal-bilingwiżmu, li naturalment huwa l-pedament li minnu jirriżulta t-taħlit. Il-kapitlu ta’ wara se jiffoka fuq il-Metodoloġija li użajt biex irnexxieli niġbor id-data tiegħi. Se niddeskrivi wkoll x’tip ta’ studju huwa dan u x’involva l-proċess biex niġbor kummenti differenti. Qabel l-istudju l-propju, ħejjejt studju pilota biex jagħtini indikazzjoni ta’ dak li kont qed nistenna li nsib rigward it-titlu tat-teżina tiegħi, u dan ukoll huwa inkluż f’dan il-kapitlu. Wara, ikun imiss il-kapitlu tal-Analiżi fejn hawnhekk se nanalizza r-riżultati li ħarġu minn dawn il-kummenti differenti. F’dan il-kapitlu se nuri fejn l-iżjed li seħħ it-taħlit f’dawn il-kummenti u anki se nipprova nagħti xi raġunijiet li setgħu wasslu għal dan. Naturalment dan il-kapitlu jinbena fuq il-ħafna qari li semmejt fil-kapitlu tal-ħarsa lejn il-letteratura teknika. L-aħħar kapitlu huwa dak tal-Konklużjoni, fejn fih se nagħti ħarsa ġenerali ta’ x’ħareġ minn din it-teżina. Se nsemmi wkoll xi limitazzjonijiet jew diffikultajiet li din seta’ kellha, u kif ukoll xi ideat oħra ta’ riċerka għall-futur biex din it-teżina mhux sempliċiment titpoġġa fuq l-ixkaffa, imma jkun jista’ jinbena xi studju ieħor fuqha. Fl-aħħar, wieħed jista’ jagħti ħarsa lejn Appendiċi A u Appendiċi B, fejn f’tal-ewwel il-qarrej isib l-ittra ta’ informazzjoni li tagħti spjegazzjoni rigward l-istudju tiegħi lill-informanti, u kif ukoll il-formula tal-kunsens li turi li l-informanti jkunu aċċettaw li jidhru xi kummenti li huma tefgħu fuq Facebook. F’Appendiċi B inkludejt il-konverżazzjonijet jew il-kummenti kollha li jiena ġbart minn fuq Facebook, biex b’hekk stajt nibni l-Analiżi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13404
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL010.pdf
  Restricted Access
1.32 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.