Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1696
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-02-26T10:57:32Z-
dc.date.available2015-02-26T10:57:32Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1696-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’din it-teżi se nanalizza l-ewwel ġabra ta’ novelli ta’ Clare Azzopardi, Il-Linja l-Ħadra (2006), billi niffoka primarjament fuq l-użu tal-metafora. F’dawn il-kitbiet tagħha jispikka dan l-element u nħoss li hemm ħafna x’wieħed jiddiskuti fuqu. Il-metafora hija għodda letterarja li ilha tintuża u tiġi diskussa sa mill-bidu tal-letteratura u hija ħafna drabi neċessità u mhux biss metodu ta’ kif jitqiegħed il-kliem biex ikun estetikament sabiħ. Saru numru ta’ studji dwar dan u fl-ewwel kapitlu se nesplora dak li ntqal minn kritiċi differenti fuq is-suġġett. Ir-raġuni li għażilt li niffoka fuq dan ix-xogħol narrattiv huwa li meta bdejt ir-riċerka tiegħi għal din it-teżi, it-tieni ġabra tan-novelli ta’ Azzopardi, Kulħadd Ħalla Isem Warajh, kienet għadha ma ġietx ippubblikata u allura ma stajtx nagħmel referenzi għaliha. Influwenzawni ukoll xogħlijiet oħrajn tagħha bħar-rakkont Frejp, u x-xogħlijiet għall-palk, L-Interdett taħt is-sodda u In-Nisa Maltin Jafu Kif. Tal-ewwel huwa aktar immirat għall-adolexxenti, minkejja li l-istil kontemporanju u t-tematika tiegħu huma relevanti wkoll għall-adulti. Iż-żewġ xogħlijiet l-oħrajn huma drammi li wieħed minnhom rajtu meta ttella’ t-Teatru Manoel u li fit-tnejn li huma hemm temi li jidhru f’kull kitba oħra tagħha. Ir-referenzi għal dawn ix-xogħlijiet f’din it-teżi huma minimi għar-raġuni li xtaqt li jkun hemm analiżi dettaljata tal-ġabra ta’ novelli f’Il-Linja l-Ħadra. Wieħed mill-elementi li jispikkaw fil-pubblikazzjonijiet ta’ Clare Azzopardi huwa l-preżentazzjoni finali għax il-qoxra tal-ktieb tikkonferma l-fehma popolari li “l-ewwel ma tiekol l-għajn.” Il-Linja l-Ħadra, u mhux b’inqas xogħlijiet oħra, għandu qoxra li toħloq kurżità għal dak li hemm fil-ktieb. Il-fatt li t-titlu jimxi id f’id ma’ dak li tippreżenta l-qoxra juri kemm l-ovvju jaf ma jkunx mistenni u li dak li wieħed jaħseb li jaf sew, ma jibqax daqshekk ċar. Il-kitbiet ta’ din l-awtriċi jieħdu din il-forma pjuttost imprevedibbli u l-qarrejja sikwit jissorprendu ruħhom bil-ġrajjiet ta’ din il-ġabra ta’ stejjer. Il-ktieb ilaqqagħna ma’ individwi bi stejjer u episodji minn ħajjithom li aktarx ma tistenniex li jidhru fi ktieb bħal dan. L-element ta’ surrealiżmu jispikka u jispikkaw ukoll is-sorpriżi f’ħajjet dawn l-individwi. L-użu tal-metafora tul in-novelli jiddomina iżda jingħaqad ma’ mekkaniżmi oħra li jagħmluha aktar effettiva. Għaldaqstant fid-diskussjoni dwar il-metafora jissemmew għodod oħra li jitwaħħdu magħha biex ikun hemm l-effetti mixtieqa. It-tieni u t-tielet kapitlu janalizzaw lista ta’ metafori li tfasslet qabel bdiet il-kitba ta’ din it-teżi. Il-metafori ġew ikkategorizzati skont it-temi u s-suġġetti li jmissu magħhom. It-tieni kapitlu janalizza b’mod speċifiku l-personifikazjoni, id-deumanizzazzjoni u t-transferred epithet, li għalkemm toħroġ f’kull metafora, anke dawk tat-tielet kapitlu, hija aktar evidenti f’din it-taqsima. Se nara liema elementi joħorġu ta’ spiss u b’mod rikorrenti fl-istejjer ta’ dan il-ktieb u liema temi joħorġu f’għadd kbir ta’ metafori. Dawn l-elementijispikkaw fl-istil ta’ kitba ta’ Azzopardi u allura se jkunu kruċjali għall-analiżi tiegħi. It-tielet kapitlu se jiffoka aktar fuq dawk il-metafori li janalizzaw l-emozzjoni u huma iżjed intensi minn dawk li janalizzaw temi aktar tanġibbli. Fit-tieni kapitlu se niffoka fuq ir-relazzjonijiet tal-bnedmin magħhom infushom u ma’ xulxin, mentri fit-tielet kapitlu hemm relazzjoni aktar profonda mal-ħajja u mad-dinja ta’ madwarhom għax jidħlu temi eżistenzjali. Minkejja dan, huwa diffiċli li taqta’ linja dritta bejn grupp ta’ metafori u ieħor għax kollha jidħlu f’xulxin b’tali mod li ma jistgħux jinfirdu għalkollox. L-għan ta’ din it-teżi huwa li nanalizza l-metafori ta’ Azzopardi b’dawl fuq dak li jkun intqal fuq il-metafora qabel. Dak li jinteressani l-aktar huwa l-kontemporanjetà tal-kitba u l-mod kif jinħolqu l-metafori u l-effetti li jħallu. Se niddiskuti metafori qodma u kif issa saru moderni u kif japplikaw għall-karattri u l-istejjer b’mod lokali u fl-istess ħin b’interpretazzjonijiet universali.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 21st century -- History and criticismen_GB
dc.subjectMaltese fiction -- 21st century -- History and criticismen_GB
dc.subjectAzzopardi, Clare, 1977- . Linja il-hadra -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMetaphoren_GB
dc.titleIl-metafora fin-novelli ta’ Clare Azzopardien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/A-
dc.contributor.creatorMifsud, Antonella-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL025.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0251.06 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.