Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29753
Title: Il-kontribut ta' studjuzi Germanizi fl-istudju ta' l-ilsien Malti mill-bidu tas-seklu sbatax sal-bidu tas-seklu ghoxrin
Other Titles: Der Beitrag deutscher Gelehrter zur ErfoJ;schung des Maltesischen seit Beginn des 17. Jahrhunderts bis zum Beginn des 20. Jahrhunderts
Authors: Kontzi, Reinhold
Zammit, Martin R.
Keywords: Maltese language -- History
Maltese language -- Etymology
Linguists -- Malta -- History
Megiser, Hieronymus, 1553-1618
Majus, Johannes Henricus, 1688-1732
Adelung, Johann Christoph, 1732-1806
Bellermann, Johann Joachim, 1754-1842
Gesenius, Wilhelm, 1786-1842
Sandreczki, Carl, 1810-1892
Stumme, Hans, 1864-1936
Kossler-Ilg, Bertha, 1881-1965
Noldeke, Theodor, 1836-1930
Issue Date: 1998
Publisher: University of Malta. Dipartiment tal-Malti
Citation: Kontzi, R. (1998). Il-kontribut ta' studjuzi Germanizi fl-istudju ta' l-ilsien Malti mill-bidu tas-seklu sbatax sal-bidu tas-seklu ghoxrin (M. Zammit, Trans.). Journal of Maltese Studies, 25-26, 13-39
Abstract: Qasam ewlieni fIX-xogħol ta' Hans Helmut Christmann, li fġieħu tħejjiet din ilpubblikazzjoni, huwa l-istorja tal-lingwistika. Jien se nżomm ma' din it-tema fdan ilkontribut tiegħi dwar l-istorja ta' l-istudju ta' l-ilsien Malti. Il-Malti ma jagħmilx parti mill-familja ta' l-ilsna Rumanzi, iżda ħa l-ghamla tieghu mill-kuntatt ma' lsien Rumanz, jiġifieri t-Talj an. Meta niflu l-iżvilupp tar-riċerka fl-ilsien Malti naraw li din il-ħidma kellha x'taqsam ma' żewġ aspetti ewlenin: 1. il-ġbir ta' materjal lingwistiku dwar il-Malti, u 2. id-diskussjoni dwar ma' liema grupp lingwistiku ghandu jiġi assoċjat l- ilsien Malti, u x'inhu n-nisel tieghu. Barra mill-istudjużi Maltin, kienu bosta l-barranin li taw sehemhom għall-istudju talM. alti, fosthom studjużi Taljani, Franċiżi u Ingliżi. Jien se nillimita ruħi ghas-sehem ta' l-istudjużi Ġermaniżi, ghaliex rendikont Sħitl ta' l-istorja tar-riċerka fil-Malti ma jistax jingħata fl-ispazju mogħti lili għal dan l-artiklu. Għalkemm se nirreferi biss għas-sehem ta' l-istudjużi Ġermaniżi, madankollu jeħtieġ li, għall-inqas minn tlin għall-ieħor, nuri dan il-kontribut frelazzjoni ma' xogħlijiet ta' kittieb a Maltin u kittieba minn nazzjonijiet oħra. Madwar is-sena 1600, il-Malti Fra Francesco Bardon kiteb grammatika tal-Malti b'dizzjunaiju Malti-TaljanFranċiż. Il-manuskritt ta' dan ix-xogħol jinsab fil-Biblioteka Nazzjonali tal-belt Valletta u sal-lum għadu ma ġiex ippubblikat (Cremona 1940: 19). Il-kavallier Franċiż Francis Thezan ukoll kiteb grammatika Maltija b'dizzjunarju u ppubblikat dan l-aħħar minn Arnold Cassola. Cassola jgħid li din il-grammatika nkitbet bejn 1-1600 u 1-1647 (Cassola 1992: xxxii). L-ewwel xogħol mitbugħ dwar il-Malti kien dak ta' Megiser minn Swabja u wieħed jista' jgħid li r-riċerka tiegħu dwar l-ilsien Malti, li dak iżżmien kienet ħalliet effett fid-dinja ta' l-istudju, fil-fatt bdiet miegħu.
Description: It-titlu oriġinali ta' dan l-artiklu huwa "Der Beitrag deutscher Gelehrter zur Erforschung des Maltesischen seit Beginn des 17. Jahrhunderts bis zum Beginn des 20. Jahrhunderts" u jagħmel parti mill-pubblikazzjoni (1994) Lingua ct Traditio. Geschichte der Sprachwissenschaft und der neueren Philologien. Dan huwa festschrift f'ġieh Hans Helmut Christrnann f'għeluq il-65 sena. L-edituri huma Richard Baum, Klaus Bockle, Franz Josef Hausmann u Franz Lebsanft u l-pubblikatur huwa Gunter Narr ta' Tiibingen.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29753
Appears in Collections:JMS, Volume 25-26
JMS, Volume 25-26
Scholarly Works - FacArtMEALC



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.