Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37848
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-12-28T12:15:37Z-
dc.date.available2018-12-28T12:15:37Z-
dc.date.issued2018-
dc.identifier.citationCurmi, M. (2018). F’’Bahar Wiehed’ : riflessi fuq is-socjetà Maltija (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37848-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-kritiċi tat-televiżjoni jqisu li l-ewwel teleserje bil-Malti fuq it-televiżjoni Maltija kien F’Baħar Wieħed, b’kitba ta’ Lino Grech u b’direzzjoni ta’ Lino Farrugia. L-ewwel episodju ta’ F’Baħar Wieħed ixxandar fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, li dak iż-żmien kien sar jismu TVM, nhar it-Tnejn 18 ta’ Ottubru 1976, fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, wara l-bulettin tal-aħbarijiet. Il-protagonisti ta’ F’Baħar Wieħed kienu Ġoma u Pinu, partijiet interpretati tajjeb ħafna minn Ġemma Portelli u Lino Grech stess ("L-Ewwel Teleserial Bil-Malti Fuq TVM"). Oriġinarjament is-sensiela kellha tkun ta’ tnax -il episodju ta’ madwar ħamsa u tletin minuta kull wieħed. Iżda s-sensiela tant kienet suċċess enormi mat-telespettaturi li d-diriġenti tal-istazzjon ħadu d-deċiżjoni li s-sensiela kellha titkompla u ssir ta’ tletin episodju. Peress li ma kienx hemm stazzjonijiet oħrajn għaliex l-uniku stazzjon televiżiv f’Malta kien l-istazzjon nazzjonali, kulħadd kien ikun jistenna l-episodju li jmiss bil-ħerqa minn ġimgħa għal oħra (L. Farrugia). Matul ix-xhur li dam jixxandar F’Baħar Wieħed, kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, Malta kienet tieqaf u t-toroq kienu jitbattlu għaliex kulħadd kien jinġabar id-dar, familji sħaħ quddiem it-televiżjoni biex isegwu s-sensiela “Ta Ġoma”, kif kienet saret magħrufa. Min-naħa l-oħra, it-Tlieta filgħodu kulħadd kien iqum jiddiskuti dak li kien ġara fil-puntata tal-lejl ta’ qabel. Ripetizzjoni tal-episodju kienet issir il-Ħadd ta’ wara fis-siegħa u nofs ta’ wara nofshinhar. Din ir-ripetizzjoni wkoll kienet tkun segwita ħafna, speċjalment minn min għal xi raġuni jew oħra kien ikun tilef l-episodju t-Tnejn ta’ qabel (L. Farrugia). Illum, aktar minn erbgħin sena wara li xxandret is-sensiela, is-serje F’Baħar Wieħed għadha titqies minn ħafna bħala l-punt tat-tluq fejn jidħlu sensiliet ta’ teledrammi bil-lingwa Maltija. Is-serje ħalliet t-timbru tagħha fuq l-istorja tax-xandir televiżiv tal-pajjiż u nistgħu ngħidu li wittiet it-triq għad-drama Maltija fuq it-televiżjoni kif saret magħrufa aktar tard.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectTelevision plays, Maltese -- Maltaen_GB
dc.subjectSocial classes -- Maltaen_GB
dc.subjectSocial classes on televisionen_GB
dc.subjectF'Bahar Wiehed (Television program)en_GB
dc.titleF’’Bahar Wiehed’ : riflessi fuq is-socjetà Maltijaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCurmi, Miriana-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL007.pdf
  Restricted Access
1.76 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.