Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37848
Title: F’’Bahar Wiehed’ : riflessi fuq is-socjetà Maltija
Authors: Curmi, Miriana
Keywords: Television plays, Maltese -- Malta
Social classes -- Malta
Social classes on television
F'Bahar Wiehed (Television program)
Issue Date: 2018
Citation: Curmi, M. (2018). F’’Bahar Wiehed’ : riflessi fuq is-socjetà Maltija (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-kritiċi tat-televiżjoni jqisu li l-ewwel teleserje bil-Malti fuq it-televiżjoni Maltija kien F’Baħar Wieħed, b’kitba ta’ Lino Grech u b’direzzjoni ta’ Lino Farrugia. L-ewwel episodju ta’ F’Baħar Wieħed ixxandar fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, li dak iż-żmien kien sar jismu TVM, nhar it-Tnejn 18 ta’ Ottubru 1976, fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, wara l-bulettin tal-aħbarijiet. Il-protagonisti ta’ F’Baħar Wieħed kienu Ġoma u Pinu, partijiet interpretati tajjeb ħafna minn Ġemma Portelli u Lino Grech stess ("L-Ewwel Teleserial Bil-Malti Fuq TVM"). Oriġinarjament is-sensiela kellha tkun ta’ tnax -il episodju ta’ madwar ħamsa u tletin minuta kull wieħed. Iżda s-sensiela tant kienet suċċess enormi mat-telespettaturi li d-diriġenti tal-istazzjon ħadu d-deċiżjoni li s-sensiela kellha titkompla u ssir ta’ tletin episodju. Peress li ma kienx hemm stazzjonijiet oħrajn għaliex l-uniku stazzjon televiżiv f’Malta kien l-istazzjon nazzjonali, kulħadd kien ikun jistenna l-episodju li jmiss bil-ħerqa minn ġimgħa għal oħra (L. Farrugia). Matul ix-xhur li dam jixxandar F’Baħar Wieħed, kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, Malta kienet tieqaf u t-toroq kienu jitbattlu għaliex kulħadd kien jinġabar id-dar, familji sħaħ quddiem it-televiżjoni biex isegwu s-sensiela “Ta Ġoma”, kif kienet saret magħrufa. Min-naħa l-oħra, it-Tlieta filgħodu kulħadd kien iqum jiddiskuti dak li kien ġara fil-puntata tal-lejl ta’ qabel. Ripetizzjoni tal-episodju kienet issir il-Ħadd ta’ wara fis-siegħa u nofs ta’ wara nofshinhar. Din ir-ripetizzjoni wkoll kienet tkun segwita ħafna, speċjalment minn min għal xi raġuni jew oħra kien ikun tilef l-episodju t-Tnejn ta’ qabel (L. Farrugia). Illum, aktar minn erbgħin sena wara li xxandret is-sensiela, is-serje F’Baħar Wieħed għadha titqies minn ħafna bħala l-punt tat-tluq fejn jidħlu sensiliet ta’ teledrammi bil-lingwa Maltija. Is-serje ħalliet t-timbru tagħha fuq l-istorja tax-xandir televiżiv tal-pajjiż u nistgħu ngħidu li wittiet it-triq għad-drama Maltija fuq it-televiżjoni kif saret magħrufa aktar tard.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37848
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL007.pdf
  Restricted Access
1.76 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.