Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37895
Title: Il-gbir u l-analizi tal-ismijiet personali tradizzjonali Maltin
Authors: Galea, Nicole
Keywords: Names, Personal -- Malta
Names, Maltese
Maltese language -- Idioms
Folklore -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Galea, N. (2018). Il-gbir u l-analizi tal-ismijiet personali tradizzjonali Maltin (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan ix-xogħol hu maqsum f’żewġ partijiet ewlenin. Parti ewlenija se tkun il-ġabra tal-ismijiet u l-parti l-oħra se tkun l-analiżi tagħhom. Fl-ewwel kapitlu se nikkummenta dwar it-tendenzi lokali u tradizzjonali tat-tismija. F’dan il-kapitlu ħa nitkellem dwar x’kienet it-tendenza meta kienu jiġu biex isemmu lil uliedhom qabel. Fit-tieni kapitlu se niddiskuti l-bidliet li seħħu maż-żmien, għaliex – kif wieħed jista’ jistenna – ninnutaw li t-tendenzi jibdew jinbidlu meta minn raħal magħluq spiċċajna miftuħin, b’ħafna influwenzi kulturali minn pajjiżi u sorsi differenti. Fit-tielet kapitlu se nitkellem dwar it-tendenzi moderni tal-ismijiet personali f’Malta. Se nistħarreġ il-mezzi ta’ komunikazzjoni li affettwaw lil Malta matul iż-żmien minħabba bosta kulturi barranin. Dawn l-influwenzi żviluppaw minn mewġiet differenti bħalma kienu l-films u sensiliet televiżivi, speċjalment dawk Amerikani. B’hekk se nara kif l-iskemi tagħna saru jinbidlu malajr għax is-soċjetà Maltija saret mobbli. Fir-raba’ kapitlu l-qarrej jista’ jsib il-ġabra ta’ ismijiet tradizzjonali Maltin li ġbart minn arkivji qodma tan-nutara, mil-lista ġmielha li ta Ġużè Aquilina f’tarf id-dizzjunarju Malti-Ingliż tiegħu, u minn xi kotba oħra. Barra minn hekk f’dan il-kapitlu se niġbor ukoll ġabra ta’ ismijiet moderni biex nuri kif l-ismijiet personali Maltin inbiddlu maż-żmien. Fil-ħames kapitlu se niddiskuti l-karatteristiċi lingwistiċi tal-ismijiet tradizzjonali. Dawn il-karatteristiċi jinkludu s-sistemi ta’ tqassir, ripetizzjoni ta’ ħsejjes, id-diminuttiv u s-suffissi komuni li nsibu fl-ismijiet Maltin. Fl-aħħar kapitlu se nitkellem fuq l-ismijiet proprji leġġendarji li kienu jużaw fil-leġġendi antiki. Magħhom se ninkludi wkoll l-użu tal-ismijiet fl-idjomi Maltin. Permezz ta’ din it-teżi nixtieq nixhed il-preżenza qawwija tal-ismijiet personali fil-lingwa ta’ kuljum filwaqt li nanalizza kif l-ismijiet personali Maltin żviluppaw matul is-snin sakemm saru l-ismijiet li nafu llum.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37895
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.49 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.