Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3874
Title: | Is-sunetti ta' Ġorġ Pisani |
Authors: | Attard, Jean Paul (2011) |
Keywords: | Sonnets, Maltese Maltese poetry -- 20th century Pisani, Ġorġ, 1909-1999 -- Criticism and interpretation |
Issue Date: | 2011 |
Abstract: | Kien il-Professur Oliver Friggieri li waqt lezzjoni fil-klassi stieden lill-istudenti biex isawru teżi dwar is-sunetti ta' Ġorġ Pisani. Jien mal-ewwel ħadt dan l-intrigu għaliex kont tabilħaqq imħawwad dwar l-għażla tas-suġġett tiegħi. Għandi għal qalbi l-poeżija romantika u għalhekk ħtaft l-opportunita`. Il-poeżija romantika hi sempliċi biex twassal il-messaġġ tagħha, messaġġ li fil-poeżija moderna hu mgħobbi b'forma kkumplikata. Kuntent li wettaqt din l-għażla għaliex ftit hawn informazzjoni ta' gwida fuq dan il-poeta l-aktar meta niġu għat-trattament tas-sunetti tiegħu. Nittama li t-teżi tkun utli għal min ikun irid ftit informazzjoni dwar it-temi tas-sunetti ta' Ġorġ Pisani - ġeneru li hu mifrux ħafna fost l-awtur. Ġeneralment il-poeta jinqeda bil-forma regolari tas-sunett Xejksperjan jew inkella dak Petrarkjan iżda dan ma jżommx mar-regola fissa l-ħin kollu. Pisani jittratta diversi temi fil-kitba tas-sunett fosthom il-patrijottiżmu u l-fidi iżda l-aktar għal qalbu d-deskrizzjoni tal-pajsaġġ Għawdxi. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3874 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2011 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
11BAMAL001.pdf Restricted Access | 1.04 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.