Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4261
Title: | Dizzjunarju storiku msejjes fuq il-'Mezzo vocabolario, maltese - italiano del '700' |
Authors: | Pollacco, Norberta |
Keywords: | Maltese language -- Dictionaries -- Italian Maltese language -- Glossaries, vocabularies, etc. Maltese language -- History |
Issue Date: | 2011 |
Abstract: | L-għan biex isir aġġornament tad-dizzjunarju storiku tal-Malti jara l-bidu tiegħu erba’ snin ilu meta Reno Fenech ħadem fuq it-teżi “Damma ta’ kliem Malti mxerred f’dokumenti qodma” (2007). Il-ħidma tiegħu kienet iffukata fuq kliem li jinsabu fid-dokumenti l-qodma. Fuq il-passi li ħalla warajh Fenech, ħadmu Maria Muscat u Tiziana Bugeja, li ordnaw alfabetikament l-ismijiet tal-postijiet Maltin miktubin fl-atti nutarili u miġburin minn Godfrey Wettinger (2009). Il-kontribut kompla bit-teżi ta’ Charlene Debattista “Dizzjunarju storiku tal-Malti bbażat fuq il-manuskritt Regole per la Lingua Maltese, Malti-Taljan” (RLM), li ġabret il-kliem kollu li jinsab fil-manuskritt imsemmi. Meta t-tema tat-teżi tiegħi kienet għadha mhux ċara u Olvin Vella spjegali dwar il-proġett li tiġi aġġornata t-taqsima storika tad-dizzjunarju t’Aquilina (Aquilina 1987-1990), għaraft mill-ewwel x’kontribut inkun qed nagħti lil-lingwa Maltija u s-sehem importanti tat-teżi tiegħi li tkompli t-triq fejn ħallew l-istudenti ta’ qabli. Li jkolli f’idejja dizzjunarju tas-sena 1700 ġegħlitni napprezza iktar l-istorja tal-lingwistika tal-Malti u nifhem iktar il-ħajja ta’ missirijietna. Dan kollu tagħni l- ħeġġa biex nidħol għal din l-isfida li kont ċerta li qatt ma kont se niddejjaq naħdem fuq it-tema. Fit-teżi ħdimt fuq il-manuskritt Mezzo Vocabolario (Mezzo Voc). Naturalment kelli nagħmel riċerka fuqu għaliex qatt ma kont għadni smajt b’dan it-test, riċerka li swietli ħafna minħabba li ninteressa ferm ruħi fil-lingwa u fl-istorja tagħha. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4261 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2011 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
11BAMAL022.pdf Restricted Access | 3.07 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.