Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4749
Title: Ir-rappreżentazzjoni tat-tfulija fil-poeżija ta' Rużar Briffa
Authors: Saliba, Lourdes
Keywords: Maltese poetry -- 20th century
Maltese literature -- 20th century
Briffa, Rużar, 1906-1963 -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2011
Abstract: Studji differenti dwar il-poeżija ta’ Rużar Briffa jiffukaw fuq l-innoċenza, issempliċità u l-hena tat-tfulija (Abdilla 97). Iż-żmien tat-tfulija u ż-żgħorija għal Briffa hu wieħed mimli kuntentizza “żmien ta’ hena sħiħ,” “ta’ azzjoni” u “espressjoni” (Mifsud 24), “jiem mimlija attività” b’ħafna logħob u ġiri fil-kampanja tat-tfal iż-żgħar. It-tfulija hi dik il-fażi meta kollox jidher ward u żahar (F. Cassar 17). Huwa għalhekk li żmien iż- żgħorija hu żmien l-ideal, żmien mimli ħolm u fantasija (Zarb, L-Ewwel Ktieb 32). 1.1.L-Hena tat-Tfulija Briffa jemmen kemm iż-żmien tat-tfulija hu mimli innoċenza u wkoll kemm it-tfal żgħar huma “safja” fi ħsibijiethom u fl-azzjonijiet tagħhom (Abdilla 97). Aquilina juri li fil-poeżija ta’ Briffa hemm element ta’ “sempliċità li tixbah qalb ta’ tifel sensittiv.” Hu jqabbel lil Briffa ma’ poeta li kiber u li issa qed jixjieħ, iżda xorta għadu “żgħir fir-ruħ” (302). Il-personalità ta’ Briffa hi mqabbla mal-karattru ta’ Peter Pan għax bħalu “ma jikber qatt” (M. Cassar 39). Il-poeta Giovanni Pascoli jitkellem dwar it-tifel etern: “Aħna nikbru u hu jibqa’ ċkejken fina…” Dan it-tfajjel hu “l-poeżija divina li għandna lkoll, u huwa dan it-tfajjel li jitkellem bil-fomm tal-poeti” (Friggieri, Kittieba ta’ Żmienna 95). Għalhekk fil-poeżija ta’ Briffa jidher li hemm ċerta sempliċità, kemm fil-forma kif ukoll fil-kontenut (Zarb, L-Ewwel Ktieb 76), iżda fil-fatt mhix sempliċità eżattament (M. Cassar 39). Il-poeżija sempliċi tiegħu ironikament hija l-“wild ta’ sensittività u sensibbiltà komplikata” u din id-dehra ta’ sempliċità hija kawża tal-“vena lirika” li fiha jikteb Briffa Saliba 10 għaliex hi l-qalb li tmexxih (Zarb, L-Ewwel Ktieb 76). Friggieri jsostni li l-poeta xorta baqa’ sempliċi u “umli” għalkemm kien jaf li hu magħruf u maħbub bħala poeta u tabib, dik issempliċità li tidher kif kien iġib ruħu meta l-versi tiegħu kienu jingħoġbu (Il-Ħajja 9).
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4749
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL025.pdf
  Restricted Access
1.39 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.