Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47949
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2019-10-28T13:45:43Z-
dc.date.available2019-10-28T13:45:43Z-
dc.date.issued2019-
dc.identifier.citationAttard, R. (2019). Iż-żwieġ tradizzjonali fil-letteratura Maltija sas-seklu dsatax (Bachelor’s dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47949-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan ix-xogħol ser jiffoka fuq iż-żwieġ tradizzjonali Malti billi jagħti ħarsa lejn il letteratura Maltija tas-seklu dsatax. L-għażla tat-tema ta’ din it-teżina ġiet ispirata mill-involviment tiegħi mill-viċin f’ tiġijiet li seħħew fis-sena 2018. Matul il-preparazzjonijiet għal dawn iż-żwiġijiet kelli l-opportunita’ nisma’ lin-nanniet jitkellmu dwar kif kienu d-drawwiet fi żmienhom. Ma naqasx it-tqabbil li bdew jagħmlu bejn dak li kien jiġri fl-imgħoddi u dak li qiegħed jiġri llum. Tqajmu bosta konverżazzjonijiet u ntwerew bosta ritratti ta’ żwiġijiet li seħħew fis-seklu ta’ qabel. Id-differenza kienet affaxxinanti u qanqlet fija kurżità kbira u xtaqt nistħarreġ jekk dawn id-drawwiet inbidlux bil-bosta f’sekli differenti f’Malta. Xtaqt nagħmel ir-riċerka u nsir naf dwar id-drawwiet tal-passat biex minn dak li naf fuq is-sekli riċenti nkun nista’ nqabbel, biex imbagħad nara x’baqa’ l-istess u nara x’inbidel u kif. Ix-xogħol hu mqassam f’erba’ sezzjonijiet. L-ewwel sezzjoni hi ffukata fuq il-mod kif xi awturi barranin jittrattaw it-tema taż-żwieġ fil-kitba tagħhom. Sa mill-ewwel sezzjoni hu evidenti li ż-żwieġ fil-letteratura jingħata importanza kbira. Dan ma jiġrix biss fil-letteratura Maltija imma r-riċerka turi li din l-importanza tal-għaqda permezz tas-sagrament taż-żwieġ tingħata u tissemma’ f’varjetà ta’ letteratura barranija. Permezz tal-qari wieħed jiltaqa’ ma’ bosta tradizzjonijiet, ħsibijiet u kulturi marbutin maż-żwieġ. Fost l-aktar punti interessanti li joħroġu minn dan il-qari niltaqgħu ħafna drabi mat-tradizzjoni li tnejn tal-istess klassi soċjali jintrabtu biż-żwieġ. Jiġifieri ma kienx komuni, jew saħansitra aċċettat, li tnejn minn klassijiet soċjali differenti jintrabtu biż-żwieġ. Li wieħed jiżżewweġ mara li mhijiex fl-istess klassi soċjali tiegħu, u viċe versa, kien tip ta’ tabù. It-tieni u t-tielet taqsima janalizzaw il-kitba li tittratta t-tema taż-żwieġ, skont kif ippreżentata minn poeti, awturi u drammaturgi Maltin. Fit-tieni taqsima ser jiġu analizzati poeżiji Maltin tas-seklu dsatax waqt li fit-taqsima ta’ warajha wieħed isib analiżi ta’ drammi u proża bil-Malti. Il-poeżiji, drammi u proża ġew magħżula b’reqqa sabiex joħorġu l-aktar temi rikorrenti u popolari fost il-kittieba Maltin, fejn jidħol iż żwieġ. Dawn iż-żewġ taqsimiet huma mqassma f’sotto-taqsimiet skont it-temi li joħorġu mix-xogħlijiet magħżula. Taħt dawn is-sottotaqsimiet hemm referenzi għal numru ta’ letteraturi ta’ pajjiżi oħra li fihom għandhom komuni l-istess tema, jiġifieri dik taż-żwieġ. Ir-raba’ u l-aħħar taqsima tieħu l-forma ta’ glossarju. Mil-letteratura li ġiet analizzata fit-taqsimiet ta’ qabel, ġew magħżula numru ta’ termini li dehru fil-kitbiet letterarji, li kienu marbutin sew mat-tema taż-żwieġ. Dan il-glossarju jiffoka biss fuq lessiku li b’xi mod jew ieħor għandu x’jaqsam ma’ din it-tema. Minn dawn it-termini jkomplu ħerġin aktar tradizzjonijiet u normi marbutin maż-żwieġ li fit-taqsimiet ta’ qabel ma ssemmewx. Waqt li kull taqsima ser ikollha konklużjoni tematika dwar dak li nkiteb fis sezzjoni partikulari tat-teżina, il-konklużjoni aħħarija hija waħda ġenerali li tiġbor il konklużjonijiet kollha f’waħda. Fiha ser jitniżżlu l-aktar punti interessanti li ħarġu matul il-kitba, kif ukoll ideat ta’ kitbiet oħra li jistgħu jiġu żviluppati wara din il-kitba sabiex din it-tema tkompli tiġi analizzata, elaborata u mistħarrġa.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 19th century -- History and criticismen_GB
dc.subjectWeddings in literatureen_GB
dc.subjectWeddings in literature -- Maltaen_GB
dc.subjectWeddings -- Maltaen_GB
dc.titleIż-żwieġ tradizzjonali fil-letteratura Maltija sas-seklu dsataxen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAttard, Rachel-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL001.pdf
  Restricted Access
1.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.