Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47949
Title: Iż-żwieġ tradizzjonali fil-letteratura Maltija sas-seklu dsatax
Authors: Attard, Rachel
Keywords: Maltese literature -- 19th century -- History and criticism
Weddings in literature
Weddings in literature -- Malta
Weddings -- Malta
Issue Date: 2019
Citation: Attard, R. (2019). Iż-żwieġ tradizzjonali fil-letteratura Maltija sas-seklu dsatax (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Dan ix-xogħol ser jiffoka fuq iż-żwieġ tradizzjonali Malti billi jagħti ħarsa lejn il letteratura Maltija tas-seklu dsatax. L-għażla tat-tema ta’ din it-teżina ġiet ispirata mill-involviment tiegħi mill-viċin f’ tiġijiet li seħħew fis-sena 2018. Matul il-preparazzjonijiet għal dawn iż-żwiġijiet kelli l-opportunita’ nisma’ lin-nanniet jitkellmu dwar kif kienu d-drawwiet fi żmienhom. Ma naqasx it-tqabbil li bdew jagħmlu bejn dak li kien jiġri fl-imgħoddi u dak li qiegħed jiġri llum. Tqajmu bosta konverżazzjonijiet u ntwerew bosta ritratti ta’ żwiġijiet li seħħew fis-seklu ta’ qabel. Id-differenza kienet affaxxinanti u qanqlet fija kurżità kbira u xtaqt nistħarreġ jekk dawn id-drawwiet inbidlux bil-bosta f’sekli differenti f’Malta. Xtaqt nagħmel ir-riċerka u nsir naf dwar id-drawwiet tal-passat biex minn dak li naf fuq is-sekli riċenti nkun nista’ nqabbel, biex imbagħad nara x’baqa’ l-istess u nara x’inbidel u kif. Ix-xogħol hu mqassam f’erba’ sezzjonijiet. L-ewwel sezzjoni hi ffukata fuq il-mod kif xi awturi barranin jittrattaw it-tema taż-żwieġ fil-kitba tagħhom. Sa mill-ewwel sezzjoni hu evidenti li ż-żwieġ fil-letteratura jingħata importanza kbira. Dan ma jiġrix biss fil-letteratura Maltija imma r-riċerka turi li din l-importanza tal-għaqda permezz tas-sagrament taż-żwieġ tingħata u tissemma’ f’varjetà ta’ letteratura barranija. Permezz tal-qari wieħed jiltaqa’ ma’ bosta tradizzjonijiet, ħsibijiet u kulturi marbutin maż-żwieġ. Fost l-aktar punti interessanti li joħroġu minn dan il-qari niltaqgħu ħafna drabi mat-tradizzjoni li tnejn tal-istess klassi soċjali jintrabtu biż-żwieġ. Jiġifieri ma kienx komuni, jew saħansitra aċċettat, li tnejn minn klassijiet soċjali differenti jintrabtu biż-żwieġ. Li wieħed jiżżewweġ mara li mhijiex fl-istess klassi soċjali tiegħu, u viċe versa, kien tip ta’ tabù. It-tieni u t-tielet taqsima janalizzaw il-kitba li tittratta t-tema taż-żwieġ, skont kif ippreżentata minn poeti, awturi u drammaturgi Maltin. Fit-tieni taqsima ser jiġu analizzati poeżiji Maltin tas-seklu dsatax waqt li fit-taqsima ta’ warajha wieħed isib analiżi ta’ drammi u proża bil-Malti. Il-poeżiji, drammi u proża ġew magħżula b’reqqa sabiex joħorġu l-aktar temi rikorrenti u popolari fost il-kittieba Maltin, fejn jidħol iż żwieġ. Dawn iż-żewġ taqsimiet huma mqassma f’sotto-taqsimiet skont it-temi li joħorġu mix-xogħlijiet magħżula. Taħt dawn is-sottotaqsimiet hemm referenzi għal numru ta’ letteraturi ta’ pajjiżi oħra li fihom għandhom komuni l-istess tema, jiġifieri dik taż-żwieġ. Ir-raba’ u l-aħħar taqsima tieħu l-forma ta’ glossarju. Mil-letteratura li ġiet analizzata fit-taqsimiet ta’ qabel, ġew magħżula numru ta’ termini li dehru fil-kitbiet letterarji, li kienu marbutin sew mat-tema taż-żwieġ. Dan il-glossarju jiffoka biss fuq lessiku li b’xi mod jew ieħor għandu x’jaqsam ma’ din it-tema. Minn dawn it-termini jkomplu ħerġin aktar tradizzjonijiet u normi marbutin maż-żwieġ li fit-taqsimiet ta’ qabel ma ssemmewx. Waqt li kull taqsima ser ikollha konklużjoni tematika dwar dak li nkiteb fis sezzjoni partikulari tat-teżina, il-konklużjoni aħħarija hija waħda ġenerali li tiġbor il konklużjonijiet kollha f’waħda. Fiha ser jitniżżlu l-aktar punti interessanti li ħarġu matul il-kitba, kif ukoll ideat ta’ kitbiet oħra li jistgħu jiġu żviluppati wara din il-kitba sabiex din it-tema tkompli tiġi analizzata, elaborata u mistħarrġa.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47949
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL001.pdf
  Restricted Access
1.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.