Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48316
Title: Xejriet rettoriċi f’Fil-parlament ma' jikbrux fjuri
Authors: Camilleri, Stepheon
Keywords: Friggieri, Oliver, 1947-2020 -- Criticism and interpretation
Rhetoric -- History
Persuasion (Psychology) in literature
Issue Date: 2019
Citation: Camilleri, S. (2019). Xejriet rettoriċi f’Fil-parlament ma' jikbrux fjuri (Bachelor’s dissertation).
Abstract: F’din it-teżi, l-għan prinċipali tiegħi huwa li nikxef il-mod ta’ kif l-awtur, Oliver Friggieri, ifassal protesta soċjo-politika kontra l-istupru soċjali taż-żgħir u d-dgħajjef minn dak li jikkontrollah, fir-rumanz ta’ Friggieri f’Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. L-analiżi ta’ mekkaniżmi rettoriċi u letterarji fir-rumanz se tikxef il-ħtieġa tal-awtur li jgħaqqad l-element storiku ma’ dak letterarju bl-għan li jwassal il-messaġġ tiegħu. F’dan ir-rumanz, ġew identifikati tliet elementi prinċipali li jsawru l-protesta tal-awtur permezz ta’ valuri letterali u rettoriċi; l-allużjoni, it-teorija Aristotiljana b’mod speċifiku il-logos, il-pathos u l-ethos, u r-rettorika ta’ Ċiċerun f’diskorsi tiegħu bħal Verrines u L-Ewwel diskors Katilinjan. Biss, biex wieħed verament japprezza l-letterarjetà u l-viżjoni politika ta’ dan ix-xogħol, tinħtieġ evalwazzjoni tat-tifsira estetika u storika tal-idea talletteratura b’mod ġenerali fil-konfront tar-rumanz. Stħarriġt il-ktieb ta’ Friggieri, L-Idea tal-Letteratura biex noħroġ il-ħsibijiet ġewwiena tal-istess awtur tar-rumanz analizzat bi skop li nqabbilhom mal-għan soċjo-politiku li kellu f’moħħu l-awtur. F’L-idea tal-Letteratura, tingħata daħla għat-tifsira tal-letteratura bħala idea li tħaddan il-valur storiku u estetiku. Friggieri jenfasizza l-ħtieġa li nifhmu l-letteratura “skont il-meta u l-fejn tagħha” jiġifieri kritika letterarja teħtieġ attenzjoni lejn il-ħarsa storika. It-tifsira storika mhix sempliċiment l-istorja tal-bniedem fil-passat jew “l-imgħoddi li nafu jew ma nafux bih iżda l-elementi kollha preżenti tallum li jgħaqqduna fuq livell komuni ” (O. Friggieri, L-Idea tal-Letteratura 2). Din listqarrija tenfasizza l-ħtieġa ta’ ħsieb jew għaqda universali, ħsieb suġġettiv b’bażi storika żviluppat f’wieħed universali li jħejji triq għal koalizzjoni jew unjoni fuq livell letterali bejn l-istorja u l-estetika tal-letteratura. Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri, it-tifsira storika hi mnebbħa mill-ksur ta’ privileġġ ta’ Godfrey Grima. Friggieri stess jistqarr fil-ktieb tiegħu, Fjuri li Ma Jinxfux li r-rumanz huwa ddedikat għal Godfrey Grima “b’ammirazzjoni għall-mod kif kien ġab ruħu meta kien mixli bi ksur ta’ privileġġ quddiem il-Parlament f’Novembru tal-1972” (652). Grima kien ukoll “mixli li xerred aħbarijiet foloz li setgħu jallarmaw lill-pubbliku” (652). Dawn l-okkorrenzi jagħtu xhieda tat-taqlib politiku taż-żmien. B’konsegwenza ta’ dan, Friggieri jissodisfa l-ħtieġa tat-tifsira storika. Għalkemm lil Godfrey Grima ma jsemmihx b’mod speċifiku, il-preżenza siekta ta’ dan il-persunaġġ hija figura dominanti tul ir-rumanz kollu. Ilħtieġa għal tifsira storika fil-letteratura hija ssodisfatta mill-verità tal-awtur li twasslu biex ifassal dan ix-xogħol letterarju. Skont Friggieri, dan il-mod ta’ ħsieb huwa “tarġa meħtieġa li tintroduċi tarġa ogħla” (O.Friggieri, L-Idea tal-Letteratura 2). Biex titla’ din it-tarġa ogħla, jeħtieġ li x-xogħol letterarju ma jiħux qagħda kompletament storika għax “inkella l-prodott ikollu biss is-siwi awtomatiku ta’ rapport persunali, ġurnalistiku”, xogħol li jieħu xejra ta’ djarju deskrittiv ta’ realtajiet ’il bogħod mit-tifsira estetika tal-letteratura.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48316
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.02 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.