Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48505
Title: Temi estetiċi fil-letteratura Maltija : is-seklu għoxrin
Authors: Formosa, Alessia
Keywords: Aesthetics in literature
Maltese literature -- 20th century
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Literary style
Issue Date: 2019
Citation: Formosa, A. (2019). Temi estetiċi fil-letteratura Maltija : is-seklu għoxrin (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Ħarsa ġenerika lejn l-istudju ta’ din it-teżina tindika li s-suġġett ewlieni ttrattat huwa l-Estetika, terminu derivat mill-kelma Griega, “aísthēsis”. L-għan ewlieni ta’ dit-teżina huwa li tagħti kontribut biex dan il-qasam jistagħna iżjed u jitpoġġa fuq sisien aktar sodi b’tali mod li jġib aktar studenti konxji ta’ din id-dimensjoni ġdida li tista’ tingħata lill-Letteratura Maltija. Fil-fatt, wieħed mill-motivi li nebbaħni biex napprofondixxi dan is-suġġett u wassalni għall-għażla deċiżiva li napplikah għal-Letteratura Maltija, huwa n-numru minimu ta’ xogħlijiet Maltin u ta’ korsijiet universitarji tal-Malti li jħarsu lejn il-Letteratura Maltija f’viżjoni estetika. Minħabba dan in-nuqqas, ikun aħjar jekk jingħata xi tagħrif ġenerali sabiex dawk li qed isegwu dit-teżina jiffamiljarizzaw ruħhom mas-suġġett speċjalizzat. It-terminu “Estetika”, fih innifsu ġie introdott mill-filosfu Ġermaniż, Alexander Gottlieb Baumgarten (1714-62), li fix-xogħol tiegħu Aesthetica, jippreżenta l-Estetika bħala l-perċezzjoni tas-sensi (Tanke u McQuillan 97). Bħala reazzjoni avversa għall-mentalità razzjonalistika ta’ Baumgarten li stabbilixxiet l-Estetika bħala dixxiplina xjentifika, jitfaċċa Immanuel Kant (1724 1804), li fix-xogħol famuż tiegħu, Critique of Judgement, jikkategorizzaha bħala fergħa filosofika ħielsa mir-raġuni (Hammermeister). Barra minn hekk, jagħtiha tifsira idjaq minn dik ta’ Baumgarten u jiddefiniha bħala l-perċezzjoni tas-Sabiħ u s-Sublimi. Dit-teżina se tkun limitata għas-Seklu Għoxrin, għax barra li l-konfini tal-ispazju u taż żmien ma jippermettux li jkunu mistħarrġa sekli oħrajn, ippreferejt li jkolli iktar wisà fejn inkun nista’ nelabora fuq seklu partikolari. Li kieku ġġeneralizzajt fuq is-Seklu Tmintax, Dsatax, u l perjodu Kontemporanju, kien ikolli inqas spazju biex nidħol fihom fid-dettall. Barra minn hekk, minħabba l-Kwistjoni tal-Lingwa, ix-xogħlijiet estetiċi tas-Seklu Tmintax u Dsatax inkitbu kollha bit-Taljan, u ladarba jiena familjari aktar mal-lingwa Maltija u Ingliża milli minn dik Taljana, għażilt li niffoka fuq is-Seklu Għoxrin biss. Għalkemm Dun Karm Psaila u b’mod speċjali, Anastasju Cuschieri, kitbu bit-Taljan ukoll, bl-għajnuna ta’ riżorsi teknoloġiċi u stampati, irnexxieli nifhem ix-xogħlijiet estetiċi-Taljani tagħhom xorta waħda. Ma jonqosx ukoll il-fatt li ladarba studjajt is-suġġett tal-Psikoloġija, dan iktar ħeġġiġni biex nitfa’ l konċentrazzjoni tiegħi fuq dan is-seklu, għax l-estetisti Moderni kemm-il darba ħarsu lejn l Estetika minn lat psikoloġiku.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48505
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL024 .pdf
  Restricted Access
1.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.