Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/56410
Title: | Il-varjanti fonetiċi-ortografiċi b'influwenza mill-Ingliż |
Authors: | Saliba, Alexia |
Keywords: | Maltese language -- Variation -- Malta Maltese language -- Foreign elements -- English Sociolinguistics -- Malta English language -- Influence on Maltese Maltese language -- Orthography and spelling Maltese language -- Phonetics |
Issue Date: | 2019 |
Publisher: | Dipartiment tal-Malti (Università) |
Citation: | Saliba, A. (2019). Il-varjanti fonetiċi-ortografiċi b'influwenza mill-Ingliż. Riċerkaturi, 1, 46-56. |
Abstract: | Fil-preżent, fil-Malti standard għandna mijiet ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi jiġifieri kliem li jirreferi għall-istess oġġett jew kunċett iżda jkun ippronunzjat u miktub b’aktar minn mod wieħed. Grupp minn dawn il-varjanti jinkludi dawk il-pari ta’ kliem li waħda minnhom, x’aktarx ta’ nisel Taljan jew Sqalli, kienet diġà stabbilita sew fil-lingwa u li hija meqjusa bħala aktar ‘korretta’, filwaqt li l-kelma l-oħra daħlet pjuttost reċentement kawża tal-kuntatt qawwi mal-Ingliż u għal xi kelliema għadha meqjusa bħala kelma ‘żejda’, ‘imqanżħa’ u li m’għandhiex tkun aċċettata. Ngħidu aħna, il-par varjanti mostru – monstru; psikologu – sikologu huma xi eżempji ta’ dawn il-varjanti fonetiċi-ortografiċi. Kien sewwasew dan il-fatt li ħajjar lill-awtriċi tistudja fil-fond dan is-suġġett u tinkwadrah fi sfond soċjolingwistiku. Dan is-suġġett jolqot żewġ livelli tal-lingwa – il-kitba u t-taħdit. F’dan il-każ, il-kelliem għandu għażla f’dak li jgħid u f’dak li jikteb, iżda kemm qed jintuża l-varjant il-ġdid b’influwenza mill-Ingliż? U dawn il-varjanti ‘ġodda’ min qed jużahom l-aktar, iż-żgħażagħ jew il-kelliema aktar avvanzati fl-età, in-nisa jew l-irġiel? Jew dawk li għandhom kuntatt qawwi mal-Ingliż? Dawn huma xi ftit mill-mistoqsijiet li r-riċerka tal-awtriċi ppruvat twieġeb. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/56410 |
Appears in Collections: | Riċerkaturi (2019) - Ħarġa 1 Riċerkaturi (2019) - Ħarġa 1 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il-varjanti fonetiċi-ortografiċi.pdf | 145.02 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.