Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62599
Title: | Il-varjazzjoni fl-inflessjoni tal-verb Malti |
Authors: | Borg, Daniela |
Keywords: | Maltese language -- Verb Maltese language -- Morphology Maltese language -- Inflection |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Borg, D. (2020). Il-varjazzjoni fl-inflessjoni tal-verb Malti (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | L-għan ta’ din it-teżina huwa li nistħarreġ fil-fond il-varjazzjoni fl-inflessjoni ta’ gruppi ta’ verbi fil-Malti miktub u mitħaddet. Il-varjazzjoni fit-taħdit nistudjaha permezz ta’ kwestjonarju soċjolingwistiku ma’ tmenin ruħ, nofshom minn Ħaż-Żabbar u nofshom minn Birkirkara, maqsumin f’żewġ gruppi ndaqs skont l-età u s-sess tal-kelliema, biex nara jekk il-fatturi tas-sess, l-età u l-ġeografija jiddeterminawx il-varjazzjoni verbali. Barra minn hekk, nanalizza din il-varjazzjoni billi nifli l-okkorrenzi tal-varjanti inflettivi fil-korpus MLRS. It-teżina tinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa ħafifa lejn il-varjazzjoni lingwistika u, permezz ta’ sejbiet minn studji differenti, nuri li tinstab mhux biss fil-verb, imma f’kategoriji grammatikali oħra, u fuq kull livell lingwistiku. Il-kapitlu jittratta wkoll xi nkiteb dwar il-varjazzjoni verbali fl-istudji grammatikali tal-Malti. Wara din il-ħarsa kritika, fit-tieni kapitlu nispjega kif ħdimt biex analizzajt ilvarjazzjoni fil-Malti mitħaddet u fil-Malti miktub. Fil-parti tal-Malti mitkellem nispjega kif fassalt il-kwestjonarju u kif għażilt il-parteċipanti u l-lokalitajiet. Fil-parti tal-Malti miktub nuri kif użajt il-korpus, u nispjega kif għamilt biex, kemm jista’ jkun, naqbad il-forom kollha possibbli li fihom jidhru l-varjanti inflettivi. Fit-tielet kapitlu, li nistgħu ngħidu huwa l-qofol ta’ dan l-istudju, nippreżenta l-analiżi. Fiha nistħarreġ fid-dettall ir-riżultati tal-kwestjonarji, skont it-tip ta’ verb u l-fatturi soċjolingwistiċi, u għal kull kategorija nqabbel ir-riżultati tal-parteċipanti mal-frekwenza tal-varjanti fil-korpus. Fl-aħħar parti ngħaqqad kollox flimkien bis-sejbiet prinċipali li ħarġu minn dan ix-xogħol. Nagħlaq din it-teżi billi nagħti xi suġġerimenti dwar x’jista’ jiġi studjat ’il quddiem fil-qasam tal-varjazzjoni fl-inflessjoni tal-verb. Wara nagħmel appendiċi bil-ġabra tal-verbi li għamilt biex minnha nagħżel il-verbi li stħarriġt fil-kwestjonarju. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62599 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL006.pdf Restricted Access | 1.9 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.