Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62669
Title: Il-valur tal-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud għal dizzjunarju storiku tal-Malti
Authors: Vella, Luke
Keywords: Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773 -- Sermons
Sermons, Maltese -- Malta -- 18th century
Maltese language -- Religious aspects -- Catholic Church
Encyclopedias and dictionaries, Maltese
Issue Date: 2020
Citation: Vella, L. (2020). Il-valur tal-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud għal dizzjunarju storiku tal-Malti (Bachelor's dissertation).
Abstract: It-teżi se tkun maqsuma fi tliet kapitli. Fl-ewwel wieħed se nagħti ħarsa kritika lejn itteżi tal-M.A. ta’ Reno Fenech, “Prietki Qodma bil-Malti”. Fih se niddiskuti x’inhi l-prietka kif ukoll il-lat lingwistiku li nsibu fil-prietki. Se nuri b’liema mod żviluppat il-prietka kif ukoll ilħidma tal-Ġiżwita Paolo Segneri u r-riformi li ġab u li bihom influwenza lil Ignazio Saverio Mifsud. Imbagħad se nitkellem dwar il-prietki f’Malta u b’liema mod seħħet it-tranżazzjoni gradwali mit-Taljan għall-Malti. F’din il-parti naraw li minkejja li l-predikazzjoni kienet qed issir bil-Malti, il-kitba ma kinetx qed tikkonforma għajr għal xi esiġenzi. F’din il-fażi se nikkategorizza l-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud li huma miġburin fil-ktieb ta’ Joe Zammit Ciantar fi tliet tabelli biex nuri liem teżijiet indirizzawhom, dawk il-paniġierki li għadhom ma ġewx analizzati u fit-tielet tabella se nindika dawk il-prietki li se nkun qed nanalizza f’din it-teżi. Apparti dan, wara diversi tiftix u tqallib ta’ kotba se nkun qed nippreżenta l-bijografija tal-paniġerista u x-xogħlijiet tiegħu. Fit-tieni kapitlu se nippreżenta t-tliet paniġierki f’dizzjunarju msawwar f’tabelli mqassmin sewwa li juru tant tixbih u differenzi bejn il-Malti ta’ żmienna u dak tas-seklu 18. Fit-tielet kapitlu se nagħmel l-analiżi lingwistika li nkun ħriġt mill-prietki. Fiha se niddiskuti l-fonoloġija, il-morfoloġija, l-ortografija, il-lessiku u s-semantika ta’ tant kliem ippreżentati fid-dizzjunarju. Se nitkellem ukoll dwar xi kliem kompost u arkajiżmi li jistgħu joħorġu mill-prietki, kif ukoll l-istil, li jkunu żviluppaw surithom u anke t-tifsira tagħhom wara kważi 300 sena. F’din l-aħħar taqsima se nkun qed noħroġ ukoll analiżi dwar l-ismijiet u t-toponimija li jissemmew fil-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud. Però, l-ikbar għan hu li din it-teżi tkun utli għal dawk kollha li ’l quddiem jitħajru jagħmlu studju, u tkun ta’ għajnuna u fejda għar-riċerka tagħhom kemm dwar il-predikatur innifsu, u speċjalment dwar il-Malti bikri.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62669
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL020.pdf
  Restricted Access
2.9 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.