Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6375
Title: | Id-distakk fl-intimità : il-lirika ta’ Immanuel Mifsud |
Authors: | Agius, Beverly |
Keywords: | Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 20th century Maltese poetry -- 21st century Psychoanalysis in literature |
Issue Date: | 2015 |
Abstract: | Din it-teżi tistħarreġ l-ispazju liriku bejn il-maħbubin bħala reġjun enigmatiku li fih isseħħ qrubija bejn żewġ persuni f’relazzjoni intima, daqskemm jitwettaq distakk ta’ natura kemm spiritwali kif ukoll fiżika fl-istess intimità. Waqtiet oħra, dan l-istudju juri kif l-intimità u d-distakk isiru żewġ elementi simultanji tal-istess interazzjoni intima bejn il-kelliem liriku u l-maħbuba (konkreta jew mistħajla) tiegħu. L-ispazju bejn il-maħbubin se jiġi skrutinizzat bħala sfera li ta’ spiss tinħakem minn kunflitt kontinwu u intens, ħafna drabi akkomodat f’forom ta’ tenerezza li jistgħu jkunu ambigwi u deludenti. Għal din ir-riċerka, ġew analizzati figuri tad-diskors li flimkien jibnu xbihat poetiċi tal-intimità li sikwit jippreżentaw dan l-ispazju intimu bħala nuqqas, minn daqqiet ta’ sodisfazzjon fl-imħabba, daqqiet oħra ta’ kompatibilità. Xi eżempji ta’ mekkaniżmi letterarji li jitħaddmu sabiex jinħoloq dan ir-reġjun ambigwu kkaratterizzat millkuntrasti iżda wkoll mill-kumplimentarjetà bejn żewġ persuni huma dawn: ilmetafora, ir-reġistru, l-indirizz, l-ewfemiżmu, l-anafora, l-ossìmoro u l-paradoss. Il-poeżiji magħżula għal din r-riċerka ttieħdu minn dawn il-ġabriet: Fid-Dar ta’ Clara, Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri, Penelopi Tistenna, Bateau Noir u KM. Bis-saħħa ta’ din il-firxa wiesgħa ta’ testi poetiċi, l-analiżi setgħet timraħ iżjed lejn l-aħjar eżempji li jsaħħu t-tema ċentrali għal din it-teżi. Din il-firxa ta’ testi liriċi hija essenzjali għallistħarriġ suffiċjenti tal-lirika ta’ Immanuel Mifsud, għaliex ma tillimitax il-proċess analitiku għal għadd ristrett ta’ wetqiet poetiċi tiegħu tal-imħabba. Mill-banda l-oħra, il-konċentrazzjoni ta’ dan l-istudju fuq poeta wieħed għenet ħafna biex l-istħarriġ jibqa’ ffukat fuq lingwaġġ liriku konsistenti fit-tematika tal-intimità. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6375 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2015 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
15BAMAL002.pdf Restricted Access | 1.18 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.