Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6379
Title: Il-produttività morfoloġika : is-suffissi aġġettivali fil-Malti
Authors: Sammut, Nicole
Keywords: Productivity (Linguistics)
Maltese language -- Morphology
Maltese language -- Word formation
Maltese language -- Affixes
Issue Date: 2015
Abstract: L-iskop tat-teżi: Din ir-riċerka tittratta l-produttività morfoloġika, b’mod partikulari s-suffissi aġġettivali. Il-punt tat-tluq tar-riċerka hu ħarsa lejn id-definizzjonijiet li jagħtu l-istudjużi għal dan il-kunċett. Nistħarreġ dan l-istudju, u nara kif erba’ suffissi aġġettivali komuni fil-Malti jirriflettu erba’ modi differenti ta’ kif niffurmaw kliem ġdid. Din l-analiżi nagħmilha bis-saħħa tal-korpus tal-Malti, l-MLRS, billi nistħarreġ erba’ suffissi aġġettivali. B’hekk, nipprova nagħraf liema minn dawn is-suffissi huma produttivi jew le. It-tqassim tax-xogħol: Dan ix-xogħol hu maqsum f’żewġ partijiet ewlenin. Fl-ewwel parti, nitkellem dwar it-tipi differenti ta’ definizzjonijiet ta’ produttività morfoloġika u nistħarreġ l-istudji differenti li għandna fil-Malti. Fit-tieni parti, nanalizza l-produttività ta’ erba suffissi aġġettivali. Fl-ewwel kapitlu nfittex it-tipi varji ta’ definizzjonijiet li jagħtu l-lingwisti għall-produttività morfoloġika u nara x’jaqa’ iktar taħt dan il-kunċett vast. Matul l-ewwel kapitlu nagħti ħarsa lejn studji differenti fuq il-produttività morfoloġika u fosthom jispikkaw ix-xogħlijiet ta’ Bauer, li nagħmel ħafna referenza għalih. Fit-tieni kapitlu niddiskuti t-tliet studji li saru s’issa dwar il-Malti u nagħti ħarsa lejn kif l-awturi rabtu l-produttività morfoloġika mal-Malti. Barra minn hekk inħares lejn l-eżempji li kull studju jagħti u nara kif huma relatati ma’ dan il-kunċett. F’taqsima separata minn din, inħares lejn il-metodi differenti ta’ kejl ta’ produttività b’mod partikulari lejn il-metodoloġija li nuża għall-analiżi tiegħi. Biex dan ikun possibbli, nagħmel referenza għall-korpus tal-Malti; l-MLRS li huwa għodda bżonjuża għal-lingwa Maltija u għar-riċerka ta’ kull min jistudja l-lingwa. Permezz tal-korpus nista’ nibbaża l-analiżi tiegħi fuq kemm is-suffissi studjati huma komuni u produttivi. L-ewwel u t-tieni kapitlu jgħinuni biex inkun nista’ nagħmel l-analiżi tiegħi. Fit-tielet kapitlu niddiskuti u nanalizza r-riżultati. Jiġifieri, nitkellem dwar il-varjazzjonijiet ta’ kull suffiss studjat li ħarġu b’mod ċar minn kull metodu li jien użajt. Hawnhekk wieħed jista’ jara kemm erba’ suffissi aġġettivali jvarjaw fil-produttività tagħhom skont kull metodu speċifiku li nuża.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6379
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL021.pdf
  Restricted Access
3.24 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.