Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6383
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-12T09:20:21Z-
dc.date.available2015-11-12T09:20:21Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6383-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIr-rumanz huwa proża narrattiva mistħajla miktuba f’ċertu tul, magħmula minn nisġa tal-ġrajja bil-karattri u bl-azzjonijiet li jiġru madwarhom. L-awtur joħloq dawn il-karattri biex iwassal dehra partikolari tal-ħajja. Ir-rumanz jirrakkonta biex jinterpreta kulma jirrakkonta. Maż-żmien inħolqu mudelli narrattivi differenti, għalkemm l-element ewlieni fir-rumanz huwa dejjem in-narrazzjoni, il-mod kif l-awtur jorganizza l-istorja, magħmula minn sensiela ta’ azzjonijiet imħabblin u xi drabi anki mibnijin fuq xulxin. “Ir-relazzjoni ewlenija f’kull rumanz hi dejjem bejn l-aġent u l-azzjoni tiegħu u ta’ madwaru” (Friggieri, Dizzjunarju, 680). Il-ġrajja narrattiva Maltija tħaddan diversi forom ta’ rumanzi. Wieħed minn dawn il-ġeneri huwa r-rumanz storiku. Ir-Rumanz Storiku Ir-rumanz storiku jinbena fuq sfond ta’ żminijiet qodma. Huwa ġeneru ta’ proża narrattiva b’taħlita ta’ ġrajjiet storiċi u ġrajjiet mistħajla maħluqin mill-immaġinazzjoni tal-awtur. Dawn iż-żewġ kwalitajiet jitħalltu flimkien biex b’hekk mid-dipendenza tagħhom fuq xulxin tinbena l-unità tar-rumanz. X’aktarx li r-rumanz ikun fih rabta bejn il-ġrajja ta’ interess nazzjonali flimkien ma’ ġrajjiet personali u individwali li normalment ikunu mistħajla. L-awturi Maltin tas-seklu dsatax u l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin riedu jnisslu għarfien u kuxjenza dwar dak li hu Malti fost il-poplu ta’ żmienhom. Dan għamluh permezz tat-tlaqqigħ tal-lingwa mal-istorja li minnhom hu magħmul ir-rumanz storiku, li kien l-aktar mezz letterarju mfittex. Ir-rumanz storiku kien ukoll mezz biex inbniet it-tradizzjoni Maltija miktuba (Friggieri, Dizzjunarju, 633-34) Fir-rumanz storiku nsibu dak li seħħ tassew imżejjen b’dak li jistħajjel l-awtur. Pereżempju fil-kitba ta’ Alessandro Manzoni l-imġiba tal-karattri prinċipali hija influwenzata miċ-ċirkostanzi storiċi li seħħu verament, bħalma hi l-pesta. Manzoni juża din il-marda għall-għan reliġjuż u politiku tiegħu, bħala kastig mibgħut minn Alla biex jelimina lil min iġib ruħu ħażin. Xejra tipika oħra tar-rumanz storiku hi li minħabba ċirkostanzi storiċi jseħħ tibdil fil-protagonist tal-ġrajja, li ħafna drabi hu l-eroj. Dan il-kambjament ma jsirx biss fil-protagonist prinċipali iżda wkoll fis-soċjetà kollha kemm hi. It-teknika tar-rappreżentazzjoni f’rumanz tinbena b’dan il-mod: l-ewwel insibu l-preżentazzjoni tal-eroj, imbagħad l-analiżi psikoloġika, kif il-persunaġġ huwa aktarx karattru tond, persunaġġ kumpless li jiżviluppa tul in-nisġa tar-rumanz. Ma’ dawn huwa essenzjali li jkun hemm rappreżentazzjoni realistika tal-ħajja ta’ kuljum; ir-rumanz ikun verosimili. L-awtur joħloq ukoll karattri mistħajla, tipiċi tan-nies ta’ dak iż-żmien. B’dan il-mod il-ġrajja tkun dejjem iktar kredibbli.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectHistorical fiction, Maltese -- History and criticismen_GB
dc.subjectMaltese fiction -- 19th century -- History and criticismen_GB
dc.subjectMaltese fiction -- 20th century -- History and criticismen_GB
dc.titleL-iżvilupp tar-rumanz storiku Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFarrugia, Valentina-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL011.pdf
  Restricted Access
1.27 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.