Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6418
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-13T08:57:18Z-
dc.date.available2015-11-13T08:57:18Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6418-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-bniedem jitħaddet billi juża l-kliem, li huwa ħoss u huwa wkoll tifsira. Bil-ħsejjes li għandhom tifsira, huwa mhux biss jesprimi ruħu imma jikkomunika mal-oħrajn. Il-lingwa hija mezz ta’ ħruġ ’il barra ta’ dak li huwa maħsub fil-bniedem. Ir-relazzjoni mibnija millkliem tista’ tkun kemm letterali u kemm figurattiva. B’letterali nifhmu li l-espressjoni għandha tifsira waħda biss, u li tidher u tibqa’ fil-wiċċ. B’figurattiva nifhmu li għandha aktar minn tifsira waħda, jiġifieri t-tifsira li tidher fil-wiċċ u t-tifsira immaġinattiva li tinsab fil-qiegħ. B’dan il-mod kull kelma li għandha tifsira letterali, tista’ tingħata tifsira li tmur lil hinn mill-aspett li jidher u jissuġġerixxi xi ħaġa oħra. Kull kelliem pubbliku jibni rrelazzjoni tiegħu mal-folla bis-saħħa ta’ taħlita qawwija ta’ taħdit letterali u taħdit figurattiv, diskors dirett u diskors indirett. Id-diskors dirett jinftiehem skont is-sens magħruf tad-dizzjunarju waqt li d-diskors indirett jingħaraf bis-saħħa tal-konnotazzjoni li jingħata fil-kuntest li jkun. Sidna Ġesù Kristu huwa kelliem li jwassal il-messaġġ tiegħu bi tliet modi: il-mod letterali, il-mod figurattiv u l-mod li bih it-taħdit tiegħu jikseb tifsira universali. It-taħdit tiegħu huwa mgħobbi l-ħin kollu b’konnotazzjonijiet li l-kuntest jispjegahom bħala messaġġi li jinftiehmu malajr. Il-konsistenza li biha Kristu joħloq lingwaġġ figurattiv u oriġinali turi li hemm unità sħiħa fit-taħdit varju tiegħu u li kulma huwa qiegħed jgħid jista’ jiġi spjegat b’mod li jaqa’ taħt is-sensi. Huwa joffri varjazzjoni empirika tad-diskors astratt tiegħu. Prinċipji spirtwali, veritajiet divini u sitwazzjonijiet storiċi huma mogħtija l-universalità billi huma rakkontati b’figuri li s-sensi barranin jistgħu jifhmuhom minnufih. L-effett ewlieni jinsab fil-fatt storiku li matul l-elfejn sena minn meta sar dan it-taħdit, is-sinfikat tiegħu baqa’ hemm u baqa’ l-istess fi ħdan kulturi u żminijiet differenti. Hekk pereżempju lkelma ‘ragħaj’ u l-kelma ‘nagħaġ’ żammu sal-lum it-tifsir essenzjali tagħhom. F’termini letterarji, l-aktar b’referiment għall-ħsibijiet ta’ Benedetto Croce, dan ifisser li Kristu huwa poeta li qiegħed jagħti verżjoni lirika, intuwittiva universali lill-ħsieb tiegħu. Min-naħa l-oħra, hemm diversi drabi meta l-lingwaġġ figurattiv ta’ Kristu ma jinftehemx mis-sens tiegħu u ngħata tifsira letterali: “...Nista’ nħott it-tempju ta’ Alla u nerġa’ nibnih fi tliet ijiem” (Għaqda Biblika Maltija, Mt. 26. 61). F’dan il-kwadru aktarx tiftiehem listqarrija tiegħu li hu Sultan. Fl-ambigwità bejn it-tifsira letterali u t-tifsira figurattiva talkelma ‘Sultan’ tinsab raġuni biex il-folla tinsisti li huwa jkun imsallab: “Qalilhom Pilatu: “U x’nagħmel b’Ġesù li jgħidu l-Messija?” Weġbuh ilkoll: “Sallbu!” Hu staqsiehom: “Imma x’għamel ħażin?” Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu: “Sallbu!” (Mt. 27. 22-23). Dan l-istudju huwa mibni fuq qari sistematiku u dettaljat ħafna ta’ kulma Kristu qal fil- Vanġelu ta’ San Mattew. Minbarra li kien l-ewwel Evanġelu li qrajt fil-bidu tal-mixja spirtwali tiegħi, l-għażla waqgħet fuq il-bxara t-tajba skont San Mattew għaliex tinkludi karatteristiċi letterarji u aspetti tematiċi li jvarjaw mill-Evanġelji Sinottiċi l-oħra. Qabel xejn, huwa wieħed mill-kotba l-iżjed ikkwotati fil-Bibbja u l-istudju se jservi bħala gwida għal min irid jikseb idea ċara tad-diskors figurattiv u implikat fit-taħdit ta’ Kristu. B’differenza mal-Evanġelji oħra, l-Evanġelju ta’ San Mattew nkiteb għall-komunità Lhudija u għalhekk l-analiżi se tiġbor xi kliem li nżamm fl-istil Semitiku tiegħu u li fih innifsu għandu tifsir figurattiv, bħal ‘sema’ u ‘Saltna tas-Smewwiet’. L-Evanġelu ta’ San Mattew għandu dipendenza qawwija fuq it-Testment il-Qadim u għal din ir-raġun listudju tiegħi se janalizza xi espressjonijiet li bl-istess forma figurattiva jew b’xi varjazzjonijiet stilistiċi u/jew lessikali ttieħdu mit-Testment il-Qadim. Għalhekk, se jiġi identifikat l-użu rikorrenti ta’ xejriet figurattivi li diġà kienu eżistenti fit-Testment il-Qadim. Barra minn hekk, ingħażel l-Evanġelu ta’ San Mattew għaliex minkejja għandu partijiet li jaqbel mal-Evanġelji ta’ San Marku u San Luqa (Mk) u f’xi rakkonti mal-Evanġelju ta’ San Luqa biss (Q), ħafna mill-materjal figurattiv, fosthom il-metafori (Mt. 7. 6, 15-17) u parti kbira tal-parabboli (Mt. 13. 24-36, 44-52, 18. 21-35, 20. 1-16, 21. 28-32, 25. 1-13, 23. 31-46), ma jidhirx fl-Evanġelji l-oħra.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectBible -- Language, styleen_GB
dc.subjectFigures of speechen_GB
dc.subjectBible. Matthew -- Criticism, interpretation, etc.en_GB
dc.titleFiguri tat-taħdit fil-Vanġelu ta’ San Mattewen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMintoff, Marilyn-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL015.pdf
  Restricted Access
1.26 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.