Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6421
Title: Studju lessikali tat-taħditiet djalettali li ġabru Aquilina u Isserlin
Authors: Grima, John Paul
Keywords: Dialectology
Maltese language -- Variation
Register (Linguistics)
Issue Date: 2015
Abstract: L-istudju tiegħi huwa bbażat fuq l-element lessikali fit-taħditiet tad-djaletti li Ġużè Aquilina u Benedikt Isserlin ġabru għas-Survey of Contemporary Dialectal Maltese, ippubblikat mill-Università ta’ Leeds fl-1981. Hawnhekk qbadt il-fajls diġitalizzati minn fejn ħarġet din il-pubblikazzjoni, smajthom kollha u ħloqt dokumentazzjoni dettaljata tagħhom. L-għan tiegħi hu li nerġa’ nagħti l-ħajja lil dawn it-taħditiet billi nirrappreżentahom b’mod ġdid permezz tal-kitba. B’kollox smajt u ddokumentajt 92 fajl li jammontaw għal kważi 50 siegħa rikordjar. Dan il-proċess twil tani ċ-ċans nibni l-ewwel verżjoni tad-dokumentazzjoni. Għall-għanijiet tat-teżi mbagħad, kelli nnaqqi din ir-rappreżentazzjoni biex nagħżel l-aktar elementi relevanti. Hawnhekk eliminajt xi siltiet u kolonni sħaħ ta’ informazzjoni li ma rajtilhom l-ebda potenzjal analitiku. Dan il-proċess wassalni għat-tieni verżjoni tad-dokumentazzjoni, rappreżentazzjoni mċekkna li ressqitni iżjed lejn il-kontenut primarju tal-fajls. Wara li kelli din il-verżjoni f’idi, stajt nibda nistudjaha bir-reqqa u nara kif se niżviluppaha f’analiżi. Sadanittant, però, kollox kien għadu mifrux u mħallat tul id-dokumentazzjoni kollha. Għaldaqstant, jiena ridt nikklassifika l-kontenut li ġbart skont il-kategoriji lingwistiċi/letterarji li jittrattaw. Hawnhekk irnexxieli naqsam it-taħditiet f’erba’ sezzjonijiet ewlenin: il-fonoloġija, il-morfoloġija, il-lessiku u l-letteratura orali. Permezz ta’ din il-qasma ċara (fejn jidħol il-kontenut tad-dokumentazzjoni) stajt nibda niffoka iżjed fuq il-kitba u t-tqassim tat-teżi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6421
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL014.pdf
  Restricted Access
5.08 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Appendici 3_1. It-2ni Verżjoni.pdf
  Restricted Access
2.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Appendici 3_1a. L-1el Verżjoni (Siltiet Ewlenin).pdf
  Restricted Access
2.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Appendici 3_1b. L-1el Verżjoni (Siltiet Oħra).pdf
  Restricted Access
678.91 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.