Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6424
Title: L-awtobijografija f’Dun Karm
Authors: Scicluna, Kimberly
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Autobiography in literature
Issue Date: 2015
Abstract: Din it-teżina titratta t-tema awtobijografika fil-poeżiji ta’ Dun Karm. L-għan tal-awtobijografija huwa li jingħarfu l-emozzjonijiet li huma prova ta’ dak li għadda minnu l-awtur. L-ewwel raġuni għaliex għażilt din it-tema hija l-fatt li huwa poeta li matul l-istudji tiegħi fil-Malti kien fost l-aktar li jissemma fil-qasam kulturali, kemm għax huwa l-poeta nazzjonali kif ukoll minħabba l-kontribut siewi li ta lil-letteratura Maltija. Matul is-snin tiegħi fl-universita’ kompla qanqal fija l-interess lejn il-poeżiji tiegħu waqt li analizzajna l-poema tiegħu Il Jien u lil hinn minnu li permezz tagħha fassalt il-ħsieb sabiex bil-għajnuna ta’ temi differenti mill-poeżiji tiegħu nkun nista’ nifhem aħjar dak li għadda minnu matul ħajtu. Bis-saħħa tal-bijografija tal-poeta, Dun Karm – ħajtu u ħidmietu ta’ Ġuże’ Cardona rnexxieli nifhem iżjed li fost il-poeti romantiċi Maltin huwa spiss għamel referenza għall-ħajja personali tiegħu. Filwaqt li diversi possibbli jiktbu dwar ħajjithom fi żmien ix-xjuħija, Dun Karm beda jikteb din it-tema sa mis-snin bikrija tiegħu. Kull min iħares lejn din it-tema jkun possibbli għalih sabiex jiftakar u jitgħallem dwar dak li għadda minnu l-poeta. Raġuni oħra li analizzajt lil dan il-poeta u mhux wieħed mill-moderni fil-letteratura Maltija hija għaliex ma jittrattax biss il-ħajja personali minn oqsma b’ mod kritiku negattiv iżda jara wkoll l-aspett pożittiv u jfaħħar dak kollu li għandu madwaru minkejja l-ikrah li ġarrab f’ ħajtu. Dan ix-xogħol huwa maqsum f’ seba’ kapitli. L-ewwel kapitlu jistħarreġ fuq id-definizzjoni tal-awtobijografija u dak kollu li jiddeterminaha, kif ukoll x’ għandu bżonn poeta biex ikun meqjus poeta u x’ wassal lir-romantiċi jiktbu l-awtobijografija fil-versi tagħhom. It-tieni kapitlu jagħti ħarsa ħafifa lejn il-bijografija ta’ Dun Karm u minn hemm ‘il quddiem, permezz tal-għarfien dwar ħajtu, bejn kapitli tlieta u sebgħa jidher kif dak kollu li għadda minnu tul ħajtu huwa jesprimih b’ diversi poeżiji li huma analizzati f’ ħames kapitli differenti, imqassmin fuq dawn it-temi: ir-rabta mal-omm, is-solitudni, il-pajsaġġ Malti, it-tfulija u ż-żmien li għadda.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6424
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL024.pdf
  Restricted Access
986.53 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.