Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6817
Title: | Studju soċjolingwistiku fuq ir-reġistru tal-piroteknika Maltija |
Authors: | Grima, Carlston |
Keywords: | Register (Linguistics) Sociolinguistics -- Malta Fireworks industry -- Malta |
Issue Date: | 2015 |
Abstract: | Din it-teżi hija mqassma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tittratta l-logħob tan-nar f’Malta u t-tieni parti tħares lejn is-soċjolingwistika u l-fatturi li jaffettwaw il-lingwa tal-persuna. Din il-parti tinvolvi n-natura soċjali tal-lingwa, il-varjetajiet tal-lingwa fosthom l-età, il-ġeografija u l-edukazzjoni tal-persuna, id-djalett, studji Maltin li taw kontribut f’dan il-qasam lingwistiku; il-Malti standard u d-djalett, ir-reġistru u studji Maltin dwaru, ir-relazzjoni bejn ir-reġistru u d-djalett, u l-akkomodazzjoni lingwistika. It-tieni kapitlu jittratta l-metodoloġija u l-intervisti. Dan il-kapitlu jispjega kif bnejt il-metodoloġija u l-intervisti u jinvolvi fih metodi oħrajn barranin li għenuni nagħżel liem wieħed se nuża, l-għażla tat-termini, ir-ritratti u l-filmati, u l-problemi li jġibu magħhom, l-għażla tal-informanti u l-lokalitajiet, l-irwol tal-intervistatur, l-istudju pilota, l-intervisti u l-problemi li jġibu magħhom. It-tielet kapitlu jinkludi l-analiżi tar-riżultati maqsuma fi tmien partijiet: il-varjazzjoni lessikali u l-frekwenza tat-termini bl-użu tat-tabelli u ċ-ċirkugrafiċi, ir-riżultati tar-ritratti jew vidjows li fihom tidher il-varjazzjoni tal-ġeografija jew tal-lokalità, it-tqassim ġeografiku tal-NSO u l-varjazzjoni lingwistika, il-varjazzjoni tal-età, il-varjazzjoni bejn kmamar tal-istess raħal, il-varjazzjoni u l-glossarju, kliem ieħor li daħal fil-glossarju tal-piroteknika matul l-intervisti u l-aspetti lessikali u grammatikali li nsibu fil-glossarju . F’dan il-kapitlu kelli wkoll għadd ta’ diskussjonijiet mat-tutur biex wasalna għall-aħjar deċiżjonijiet. L-aħħar kapitlu jinvolvi r-reġistru; il-ħtieġa tal-glossarju, id-deskrizzjoni u t-taqsiriet użati fil-glossarju, u l-glossarju nnifsu maqsum fi ħdax-il taqsima. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed isib l-appendiċi li huwa mqassam fi tliet partijiet. Appendiċi 1 fih l-informazzjoni meħtieġa tal-parteċipanti li ħadu sehem f’dan l-istudju soċjolingwistiku. Appendiċi 2 jinkludi l-proposta għall-formola tal-kunsens tal-parteċipanti. Appendiċi 3 fih l-istampi li wrejt lill-informanti waqt l-intervisti, u l-vidjows se jkunu rappreżentati f’CD. |
Description: | M.A.MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6817 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2015 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
15MAMAL002.pdf Restricted Access | 22.99 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.